STQARRIJA TAL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI TAL-PARLAMENT
| Il-Kumitat Parlamentari dwar | l-Affarijiet Soċjali ddiskuta ilmenti kif ukoll proposti li għamlu persuni separati sabiex titjieb is-sitwazzjoni ta’ dawk li jinsabu f’diffikultà kif ukoll jitħarsu l-interessi tat-tfal matul u wara l-proċess tas-separazzjoni tal-ġenituri. |
| L-ilmenti li tressqu minn dawn il-persuni | flimkien mas-suġġerimenti li taw huma stess sabiex titjieb is-sitwazzjoni ta’ koppji li jgħaddu mill-proċess tas-separazzjoni jittrattaw diversi temi. |
| Kumment ġenerali li tqajjem minn dawn il-persuni | u mill-esperjenza ta’ ġenituri li jkunu għaddew mill-proċess tas-separazzjoni jispiċċaw biex jgħidu lil uliedhom "ibni / binti, tiżżewwiġx". Din il-kultura tista’ twassal għal dgħjufija tal-familja u għalhekk għandha tinbidel. Il-gvern irid jgħin bil-mezzi kollha possibbli sabiex ikollna poplu b'sinsla soda u li jgħozz verament il-valuri tal-familja. |
| Il-membri tal-Kumitat min-naħa l-oħra waqt li | semgħu b’attenzjoni dawn l-ilmenti u s-suġġerimenti, ħarġu diversi proposti, fosthom li jittrattaw: |
· il-ħarsien tal-obbligi tal-kuntratt li jorbot il-koppja waqt is-separazzjoni;
· titjib fis-sistema soċjali sabiex jonqos ir-riskju li persuni separati jew it-tfal tagħhom jidħlu fiż-żona tal-faqar relattiv;
· sistema ġudizzjarja aħjar u aktar b’saħħitha fejn tidħol il-Qorti tal-Familja speċjalment fejn jidħlu l-interessi tat-tfal;
· moniteraġġ fuq numru ta’ każijiet ta’ koppji separati speċjalment fejn jidħlu t-tfal.
F’din il-laqgħa, ħareġ ċar li hemm aktar bżonn li l-interessi tat-tfal fil-proċess tas-separazzjoni għandhom jiġu aktar salvagwardati biex jonqos l-effett tat-trawma li jgħaddu minnha t-tfal waqt u wara l-proċess tas-separazzjoni tal-ġenituri.
L-ilmenti kif ukoll is-suġġerimenti li ngħataw minn persuni separati tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra mill-President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, l-Onor Edwin Vassallo u huma aċċessibbli fuq il-websajt tal-Parlament www.parliament.gov.mt fis-sezzjoni Papers Laid (http://www.parliament.gov.mt/paperslaiddetails?id=3027).
Din il-laqgħa tal-Kumitat tmexxiet mill-President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, l-Onor Edwin Vassallo u pparteċipaw fid-diskussjoni l-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Justyne Caruana, l-Onor Michael Farrugia, l-Onor Michael Gonzi u l-Onor Anthony Zammit fuq in-naħa tal-Kumitat, u s-Sur Raymond Cassar u s-Sur Louis Ellul għan-naħa tal-grupp Persuni Separati fi ħdan il-Moviment ta' Kana.
Stqarrijiet Oħra:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en