Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, CLYDE PULI, IŻUR IX-XOGĦOLIJIET FIL-KORSA TAŻ-ŻWIEMEL, U JĦABBAR T-TNEDIJA TAL-PROĊESS TA’ KONSULTAZZJONI DWAR IL-MASTER PLAN TAL-MARSA

pr1942
Date Icon 07/11/2009
“Nhar l-Erbgħa li ġej mistenni jibda l-proċessta’ konsultazzjoni dwar il- kumpless Sportiv tal-Marsa, mill-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar. Dan il-proċess għandu jwassal għall-publikazzjoni ta’ Master Plan li jimassimizza l-użu tal-art allokata għall-Isport, filwaqt li jindirizza l-ħtiġijiet ta’ numru ta’ organizzazzjonijiet sportivi.”
Dan ħabbru s-Segretarju Parlamentarigħaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli waqt li żar ix-xogħolijiet li saru f’dawn l-aħħar xhur fil-korsa taż-żwiemel fil-Marsa.
Fiż-żjara, ġie spjegat ix-xogħol li sar matuldan is-Sajf. Fost ix-xogħolijiet li saru matul l-aħħar xhur kien hemm it-tibdil tar-ramel tal-korsa li kien importat appost mill-Montenegro. Din kienet l-ewwel darba fl-istorja tat-tiġrijiet taż-żwiemel f’pajjiżna li ramel li ntefa fil-korsa ġie mpurtat minn barra minn Malta. Fl-istess waqt sar illivellar tal-korsa skont il-pjanti oriġinali.
Xogħolijiet oħra kienu jinkludu tindifġenerali kif ukoll modernizzar ta’ diversi partijiet tal-korsa. Fost dawn ta’ min isemmi ix-xogħolijiet li saru fil-paddock area, li jinkludu tindif, xogħol ta’ żebgħa, qlugħ ta’ bill boards antiki, railing ġdid kif ukoll saret rampa tal-lastiku ġdida, biex tipproteġi saħħet iż-żwiemel.
Minbarra hekk kienu wkoll introdotti numru ta’miżuri ta’ sigurtà biex dan l-isport ikun prattikat f’ambjent aħjar.
Minbarra dan saru wkoll xi xogħolijiet ta’mmodernizzar fil-Korsa l-qadima li ser isservi bħala post alternattiv għal taħriġ kif ukoll biex tkun f’pożizzjoni li tilqa’ aktar żwiemel.
Is-Segretarju Parlamentari fisser dan l-immodernizzarbħala investiment fi sport li hu tant popolari f’pajjiżna. Hu qal li fis-sena li jmiss il-Gvern irid jara dan l-isport ikompli jikber u jorganizza ruħu b’mod professjonali.
Is-Segretarju Parlamentari faħħarix-xogħolijiet li saru fil-waqt li rringrazzja lid-dilettanti u s-sidien taż-żwiemel għal paċenzja tagħhom, waqt li l-korsa nżammet magħluqa, sabiex setgħu isiru x-xogħolijiet meħtieġa biex il-korsa tkun ta’ ċertu livell. L-istaġun taż-Żwiemel din is-sena mistenni li jitkompla min-nhar il-Ħadd 15 ta’ Novembru.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow