IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, CLYDE PULI, IŻUR IX-XOGĦOLIJIET FIL-KORSA TAŻ-ŻWIEMEL, U JĦABBAR T-TNEDIJA TAL-PROĊESS TA’ KONSULTAZZJONI DWAR IL-MASTER PLAN TAL-MARSA
pr1942
07/11/2009
| “Nhar l-Erbgħa li ġej mistenni jibda l-proċess | ta’ konsultazzjoni dwar il- kumpless Sportiv tal-Marsa, mill-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar. Dan il-proċess għandu jwassal għall-publikazzjoni ta’ Master Plan li jimassimizza l-użu tal-art allokata għall-Isport, filwaqt li jindirizza l-ħtiġijiet ta’ numru ta’ organizzazzjonijiet sportivi.” |
| Dan ħabbru s-Segretarju Parlamentari | għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli waqt li żar ix-xogħolijiet li saru f’dawn l-aħħar xhur fil-korsa taż-żwiemel fil-Marsa. |
| Fiż-żjara, ġie spjegat ix-xogħol li sar matul | dan is-Sajf. Fost ix-xogħolijiet li saru matul l-aħħar xhur kien hemm it-tibdil tar-ramel tal-korsa li kien importat appost mill-Montenegro. Din kienet l-ewwel darba fl-istorja tat-tiġrijiet taż-żwiemel f’pajjiżna li ramel li ntefa fil-korsa ġie mpurtat minn barra minn Malta. Fl-istess waqt sar illivellar tal-korsa skont il-pjanti oriġinali. |
| Xogħolijiet oħra kienu jinkludu tindif | ġenerali kif ukoll modernizzar ta’ diversi partijiet tal-korsa. Fost dawn ta’ min isemmi ix-xogħolijiet li saru fil-paddock area, li jinkludu tindif, xogħol ta’ żebgħa, qlugħ ta’ bill boards antiki, railing ġdid kif ukoll saret rampa tal-lastiku ġdida, biex tipproteġi saħħet iż-żwiemel. |
| Minbarra hekk kienu wkoll introdotti numru ta’ | miżuri ta’ sigurtà biex dan l-isport ikun prattikat f’ambjent aħjar. |
| Minbarra dan saru wkoll xi xogħolijiet ta’ | mmodernizzar fil-Korsa l-qadima li ser isservi bħala post alternattiv għal taħriġ kif ukoll biex tkun f’pożizzjoni li tilqa’ aktar żwiemel. |
| Is-Segretarju Parlamentari fisser dan l-immodernizzar | bħala investiment fi sport li hu tant popolari f’pajjiżna. Hu qal li fis-sena li jmiss il-Gvern irid jara dan l-isport ikompli jikber u jorganizza ruħu b’mod professjonali. |
| Is-Segretarju Parlamentari faħħar | ix-xogħolijiet li saru fil-waqt li rringrazzja lid-dilettanti u s-sidien taż-żwiemel għal paċenzja tagħhom, waqt li l-korsa nżammet magħluqa, sabiex setgħu isiru x-xogħolijiet meħtieġa biex il-korsa tkun ta’ ċertu livell. L-istaġun taż-Żwiemel din is-sena mistenni li jitkompla min-nhar il-Ħadd 15 ta’ Novembru. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en