Left arrow Go Back

Is-Seminar EKOSKOLA 2009-2010 f’Għawdex

pr1939
Date Icon 06/11/2009
Żewġ skejjelprimarji li jagħmlu parti mill-kulleġġ ta’ Għawdex, ġew ippremjati wara li pparteċipaw fil-programm EkoSkola. Dan tħabbar waqt l-inawgurazzjoni ta’ seminar li sar f’Għawdex mis-socjeta’ Nature Trust (Malta), li huma l-koordinaturi u promoturi tal-programm EkoSkola f’pajjiżna.
L-iskola Primarjatax-Xewkija ġiet ippremjata bil-Green Flag biex b’hekk hi t-tieni skola f’Għawdex li rebħet dan l-unur, wara li s-sena l-oħra dan l-unur ingħata lill-iskola Primarja tax-Xagħra. Il-midalja tal-fidda għal din is-sena ġiet mirbuħa mill-Iskola Primarja tan-Nadur.
EkoSkola huwaprogramm internazzjonali li hu mmexxi mill-Foundation for Environmental Education u jiffoka fuq it-tmexxija ambjentali.  Nature Trust (Malta) introduċiet dan il-programm f’Malta fis-sena skolastika 2002-2003 f’sitt  skejjel f’Malta. Preżentement hemm mitt skola jew 61% tal-iskejjel f’Malta u Għawdex li qed jipparteċipaw fil-programm EkoSkola.
L-għanijiet ta’ dan il-programm huma dawk lijoffru opportunità biex studenti żgħar jibdew jaddottaw rwoli parteċipattivi fid-deċiżjonijiet ambjentali u jkunu attivi f’dan ir-rigward, kemm fl-iskejjel kif ukoll fil-komunità.  Fi sfera internazzjonali dan il-programm ġie addottat f’47 pajjiż. Din id-dimensjoni tagħti timbru uniku u prestiġjuż lil dawk l-iskejjel li jilħqu livell għoli f’dan il-qasam u jiġu ppremjati bil-Green Flag.
Dan jgħodd b’mod partikolari f’din is-senali rat u li għad trid tara diskussjonijiet intensivi dwar il-protezzjoni ta’ l-ambjent tagħna u l-isfida globali tal-bdil fil-klima.
Is-seminar f’Għawdexġie inawgurat mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex u mis-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said. Preżenti wkoll kien hemm il-Membru Parlamentari ta’ l-Oppożizzjoni, l-Onor. Justyne Caruana u s-Sindku tax-Xewkija, Dr Monica Vella, flimkien mal-President ta’ Nature Trust (Malta), is-Sur Vincent Attard u l-Koordinatur tal-programm EkoSkola, Dr Paul Pace.
Meta ndirizzat lildawk preżenti, il-Ministru għal Għawdex esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għall-parteċipazzjoni attiva mill-iskejjel Għawdxin f’EkoSkola. Filwaqt li ferħet lill-iskejjel li ġew ippremjati f’din l-okkażjoni fakkret ukoll li numru ieħor ta’ skejjel Għawdxin huma mpenjati fl-istess programm bir-riżultat li minn età żgħira, dawn l-istudenti qed jiġu esposti għal edukazzjoni ambjentali formattiva, li għandha wkoll potenzjal qawwi li tinxtered fil-bqija tal-komunità.
Il-Ministru GiovannaDebono fissret li dak li jitgħallmu t-tfal permezz tal-programm huwa bażikament relatat mal-kunċett ta’ żvilupp sostenibbli li huwa l-qafas tal-viżjoni eko-Għawdex. “Dan juri li l-aspirazzjonijiet li għandna fir-rigward ta’ Eko-Għawdex mhumiex biss viżjoni imma huma għan ambizzjuż li bil-koperazzjoni u l-ħidma ta’ kulħadd, isir proġett komuni li jiggarantixxi futur aħjar għal gżira u dawk kollha li jgħixu fiha,” temmet l-intervent tagħha l-Ministru Debono.
Tkellem ukolll-Onor. Chris Said li qal li "l-EkoSkola, permezz tal-ħidma imprezzabbli ta’ Nature Trust, hija wirja tanġibbli ta’ l-impenn ta’ pajjiżna fil-qasam ta’ l-edukazzjoni ambjentali. Jekk tgħaqqad dan ix-xogħol fl-iskejjel ma’ l-impenn tal-Gvern, tal-Kunsilli Lokali u ta’ l-għaqdiet non-governattivi biex jitwassal il-messaġġ favur l-iżvilupp sostenibbli fil-lokalitajiet tagħna u fid-djar tagħna, allura m’huwiex diffiċli biex verament inħossu titjib sostanzjali fil-mod ta’ kif bħala poplu, sirna nħarsu lejn ir-riżorsi tagħna u lejn l-ambjent in ġenerali. Jeħtieġ li jkun hemm relazzjoni aqwa bejn l-edukaturi tagħna, is-settur privat, il-Kunsilli Lokali u l-Gvern, sabiex il-messaġġi dwar l-użu tajjeb tar-riżorsi tagħna, il-kunsiderazzjoni tal-ġenerazzjonijiet futuri u l-kuxjenza dwar l-iżvilupp sostenibbli jkun ċar u kredibbli."
Dr Chris Said żiedjgħid li l-iskejjel li jiġu ppremjati bil-Green Flag huma ambaxxaturi tal-edukazzjoni ambjentali fis-soċjetà tagħna u, f’ħafna aspetti, huma wkoll il-pinnur li jiddetta l-valuri ambjentali ta’ pajjiżna.
Is-Sur Vince Attardqal li din is-sena, ħdax-il skola f’Malta u Għawdex ser jingħataw il-Green Flag filwaqt li Nature Trust (Malta) qiegħda taħseb biex tintroduċi programmi ġodda li jippromwovu edukazzjoni u aktar tagħlim permezz ta’ azzjoni.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow