Disgħa u għoxrin Kunsill Lokali japplikaw għall-Proġett tal-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ
pr1937
06/11/2009
| Disgħa u għoxrin | (29) Kunsill Lokali applikaw biex jipparteċipaw fil-Proġett tal-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ li tnieda f’Settembru li għadda, mis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, flimkien mal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ. |
| Il-lokalitajiet | li għażlu li jipparteċipaw huma: |
| Valletta, Birgu, | Birkirkara, Bormla, Birżebbuġa, Fgura, Floriana, Gudja, Iklin, Imtarfa, Imsida, Isla, Kirkop, Mosta, Nadur. Naxxar, Pietà, Qormi, Rabat (Malta), Rabat (Għawdex), San Ġwann, San Ġiljan, San Lawrenz, San Pawl il-Baħar, Siġġiewi, Swieqi, Tarxien, Ħaż Żebbuġ u Żurrieq. |
| Il-proġett | il-ġdid tal-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ se jkun qed joffri opportunità lil numru akbar ta’ żgħażagħ biex ikunu ċittadini attivi billi jipparteċipaw fi proċess politiku ta’ diskussjoni u deċiżjonijiet. Dan billi bi djalogu strutturat, jiddiskutu dak kollu li qiegħed jaffettwa l-lokalità tagħhom, f’laqgħat imfassla fuq is-seduti tal-Kunsilli Lokali. Permezz ta’ dan il-proġett, iż-żgħażagħ se jkunu wkoll f’pożizzjoni li jwasslu leħinhom u jressqu l-interessi tagħhom b’mod dirett fil-Kunsill Lokali tal-kbar. |
| Minbarra dan, | il-proġett hu mmirat ukoll biex joffri taħriġ fit-tmexxija liż-żgħażagħ involuti dwar: |
· il-liġi tal-Kunsilli Lokali,
· kif jitfassal pjan ta’ ħidma,
· korsijiet dwar diskorsi fil-pubbliku,
· kif jittieħdu minuti ta’ laqgħa,
· kif tirrelata mal-pubbliku,
· kif ukoll taħriġ dwar l-inovazzjoni u l-kreattività.
| Tlieta mill-Kunsilli | Lokali taż-Żgħażagħ se jkunu wkoll f’pożizzjoni li fl-aħħar tal-proġett jiksbu għajnuna finanzjarja mill-Gvern biex flimkien mal-Kunsill Lokali tal-kbar jagħmlu proġett li minnu tgawdi il-komunità kollha. Dan il-proġett qed isir b’investiment ta’ €70,000. |
| Mill-ġimgħa d-dieħla | se jibdew jitqassmu l-inviti liż-żgħażagħ fil-lokalitajiet rispettivi biex iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jipparteċipaw f’dan il-proġett. Dawk iż-żgħażagħ interessati li jipparteċipaw se jkollhom iċ-ċans sat-2 ta’ Diċembru 2009, biex jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en