Left arrow Mur Lura

Il-Cruiseliner ‘MS Prinsendam’ jagħmel waqfa f’Għawdex.

pr1936
Date Icon 06/11/2009
Wieħed mis-seba’ cruiseliners li jumejnilu daħlu fil-Port il-Kbir f’Malta, għamel ukoll waqfa f’Għawdex. L-MS Prinsendam waqaf għal ġurnata f’Għawdex biex b’hekk kien it-tieni vapur ta’ dan it-tip li żar Għawdex fi żmien ġimgħa.
L-MS Prinsendam  li jagħmel partimil-linja Holland America Line u li l-aġenti tagħhom f’Malta huma rappreżentati mill-kumpanija O.F. Gollcher & Sons Ltd., kien qed  iġorr 751 passiġġier flimkien ma’ 450 membru ta’ l-ekwipaġġ. Il-vapur, li hu twil 204 metri, ankra ftit il-barra mill-port ta’ l-Imġarr għall-ħabta tad-9.30 ta’ filgħodu u ħalla Għawdex għal ħabta tas-6.00 p.m. fi triqtu lejn Trapani.
Permezz ta’ koordinazzjoni mill-Ministeru għalGħawdex tħejja spazju biex tingħata merħba lill-passiġġieri li niżlu l-art. Il-viżitaturi ntlaqgħu bid-daqq u żfin folkloristiku mill-Astra Folk Group li ħolqu atmosfera mhux tas-soltu fl-Imġarr.
Rappreżentanti ta’ l-Awtorità tat-Turiżmu (MTA)u l-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex (GTA) qassmu  materjal promozzjonali u informattiv dwar il-gżira ta' Għawdex.
Għadd ta’ passiġġieri ħadu numru ta’eskursjonijiet varji madwar Għawdex li ġew koordinati mill-kumpanija Mifsud Brothers. L-attivitajiet kienu jinkludu jeep safaris, żjarat f'siti storiċi u mużewijiet, esperjenzi agro-turistiċi f'inħawi agrikoli fejn it-turisti setgħu wkoll iduqu ikel, inbid u xorb magħmul mil-lumi u l-larinġ. Oħrajn ippreferew li jinżlu l-art u jimirħu mal-gżira b'mod liberu. Ma naqsux żjarat  madwar il-kampanja u l-ambjenti rurali tal-gżira f'dan iż-żmien tas-sena.
Il-Ministeru għal Għawdex irċieva kummentipożittivi min-naħa ta’ l-organizzaturi fir-rigward ta’ l-esperjenza turistika pożittiva li dawn it-turisti kellhom f’Għawdex. Madwar ­­­­650 passiġġier li jammontaw għal ­­­­87% tal-passiġġieri fuq l-MS Prinsendam, niżlu l-art matul il-ġurnata.
Dan iġib in-numru ta’ passiġġieri tal-cruiselinersli żaru Għawdex f’ġimgħa għal  1,600 passiġġier, wara li l-ġimgħa li għaddiet, waqaf qrib Għawdex il-cruiseliner MS Rotterdam li kien qed iġorr 1,256 passiġġier flimkien ma’ 589 membru ta’ l-ekwipaġġ. Dan kien l-ikbar vapur ta’ dan it-tip li qatt waqaf qrib il-gżira ta’ Għawdex.
Aktar kmieni dinis-sena, l-Club Med II u r-Royal Clipper ukoll għamlu waqfa ta’ jum qrib Għawdex.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow