Left arrow Go Back

KONFERENZA INTERNAZZJONALI DWAR L-ARKIVJI - L-ARKIVISTA TAS-SEKLU 21: STRATEĠIJI ĠODDA GĦALL-EDUKAZZJONI U T-TAĦRIĠ

pr1934
Date Icon 06/11/2009
F’konferenza tal-aħbarijiet li saret fl-ArkivjiNazzjonali fir-Rabat, il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kulura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina, tat dettalji dwar il-41 edizzjoni tal-Konferenza Internazzjonali dwar l-Arkivji li se ssir f’Malta bejn is-17 u l-21 ta’ dan ix-xahar.
Il-Ministru Cristina qalet li dinil-konferenza annwali hi organizzata mill-Kunsill Internazzjonali tal-Arkivji bl-iskop li ġġib flimkien membri tiegħu ma’ organizzazzjonijiet professjonali biex flimkien jiddiskutu suġġetti ta’ relevanza għad-dinja tal-arkivisti u dawk li jżommu r-rekords.
Kien tliet snin ilu li Malta ssottomettietil-kandidatura tagħha biex torganizza l-konferenza ta’ din is-sena.
L-organizzaturi jinsabu ferm kuntentibil-livell ta’ parteċipazzjoni għal din il-konferenza u s’issa aktar minn 220 persuna kkonfermaw il-parteċipazzjoni tagħhom. Dan in-numru hu akbar minn dawk li attendew fl-aħħar konferenzi ta’ din l-organizzazzjoni. Barra min-numru ta’ delegati, importanti wkoll li wieħed jinnota li se jkunu rappreżentati 79 pajjiż differenti.
Fil-fatt se jkun hawn delegati minn 17-ilpajjiż Afrikan, 11 mill-Amerika, 15 mill-Asja, 3 mill-Awstralja u 33 minn pajjiżi Ewropej.
Waqt il-laqgħa f’Malta se ssir ukollil-laqgħa tal-Assoċjazzjoni tal-Arkivisti u Rekord Maniġers tal-Commonwealth li bħalissa ċ-Chairman tagħha hu l-Arkivista Nazzjonali ta’ Malta, Charles Farrugia.
Se jsir ukoll il-lecture Annwali tal-ArkivjiPubbliċi li se jingħata minn Victoria Borg O’Flaherty li hi Arkivista mwielda Malta u hi Direttur tal-Arkivji Nazzjonali ta’ St.Kitts-Nevis.
Se ssir ukoll laqgħa biex tapprova d-DikjarazzjoniUniversali dwar l-Arkivji li se tkun diskussa waqt il-Konferenza u wieħed jittama li jsir qbil dwarha f’pajjiżna wkoll.
Il-Ministru Cristina sostniet li s-suġġettitrattati matul il-konferenza huma ta’ interess kbir mhux biss għal Malta imma għad-dinja kollha tal-Arkivistika. Bl-iżviluppi fit-teknoloġija, bl-era diġitali li qegħdin fiha anke ż-żamma tal-arkivji trid tinbidel u tkun aġġornata maż-żminijiet. Biex dan isir irid ikollna nies imħarrġa apposta fil-metodi ġodda taż-żamma tar-rekords u l-arkivji.
Hi qalet li f’Malta diġà qed jingħata taħriġlil numru ta’ nies f’dan il-qasam. Fil-fatt mill-Università ta’ Malta fl-aħħar sentejn ħarġu 11-il persuna gradwati fl-Arkivistika u f’Ottubru li għadda kien hemm 7 studenti oħra li bdew dan il-kors.
Il-Ministru rringrazzjat lis-Sur CharlesFarrugia, l-Arkivista Nazzjonali, u n-nies tiegħu għall-ħidma kbira li wettqu bi preparazzjoni għal din il-konferenza u tittama li minnha joħorġu riżultati pożittivi ħafna għal dan il-qasam importanti li jirrappreżenta il-memorja nazzjonali tal-pajjiż.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow