Left arrow Mur Lura

IMNIEDI L-PJAN TA’ ESTENSJONI U RIĠENERAZZJONI TAĊ-ĊIMITERJU SANTA MARIA ADDOLORATA

pr1933
Date Icon 06/11/2009
L-Onor. John Dalli, Ministru għall-PolitikaSoċjali, dalgħodu nieda uffiċjalment il-pjanijiet tal-Gvern għaċ-Ċimiterju Santa Maria Addolorata, waqt konferenza tal-aħbarijiet li preżenti għaliha kien hemm ukoll l-Onor. Joe Cassar, Segretarju Parlametari għas-Saħħa.
Waqt preżentazzjoni li saret dalgħodumill-Ministru Dalli, kienu spjegati l-oġġettivi tal-Gvern għar-riġenerazzjoni taċ-ċimiterju biex fi kliem il-Ministru Dalli stess, dan iċ-ċimiterju jerġa’ jieħu lura l-valur arkittetoniku tiegħu.
Il-Ministru Dalli spjiega kif il-Gvern għanduerba’ oġġettivi. L-ewwel oġġettiv huwa l-estensjoni taċ-ċimiterju biex jiżdied b’9,066 qabar. It-tieni oġġettiv huwa l-upgrading tal-parti eżistenti fejn se jiġu indirizzati l-bżonnijiet strutturali taċ-ċimiterju, fosthom, it-toroq interni, id-distribuzzjoni tal-ilma, u r-ristrutturar tal-kappella. It-tielet oġġettiv hu li l-amministrazzjoni taċ-ċimiterju tiġi assenjata lill-operatur privat taħt managment agreement u skond standards rigorużi. Jiġi assikurat il-finanzjament meħtieġ biex il-manutenzjoni taċ-ċimiterju tibqa’ ssir b’mod rigoruż fis-snin li ġejjin.
Il-Ministru għall-Politika Soċjali qal li danil-proġett se jkun self financing u se jkun qed jitħallas mill-bejgħ tal-oqbra li l-prezz tagħhom se jkun ippubblikat dalwaqt b’Avviż Legali.
Il-Ministru temm jgħid li dan il-proġett sejibda jitlesta fi żmien tliet snin f’fażijiet u li b’mod immedjat se jibda r-restawr tal-parti eżistenti taċ-ċimiterju.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow