MIFTUĦ MILL-ĠDID IL-KANAL TAL-ILMA FIS-SALINI
pr1925
05/11/2009
| Dalgħodu l-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet | Rurali George Pullicino żar il-proġett tas-Salini fejn reġa’ nfetaħ mill-ġdid il-kanal tal-mogħdija tal-ilma (“Is-Sukkursu"), u b’hekk reġgħet inħolqot iċ-ċirkolazzjoni tal-ilma baħar madwar is-Salini f’Baħar iċ-Ċagħaq. |
| Il-Ministru Pullicino qal li dan il-proġett sar | b’investiment ta’ madwar €250,000, li kien jinkludi wkoll it-tisħiħ u r-restawr ta’ ħajt ta’ madwar 90 metru li kellu numru ta’ ħsarat kawża tal-maltemp. Dan il-ħajt imur lura għal żmien il-Kavallieri. |
| Dan il-kanal, li hu twil madwar 835 metru u fond | 1.5 metri, għal snin twal kien jimtela materjal u skart u fil-maltemp kien jispiċċa blukkat. Minħabba dan ma kienx qed jiġi ġġenerat kurrent u għalhekk l-ilma kien ikun staġnat bir-riżultat li kien hemm riħa ta’ ilma qiegħed f’din iz-zona. Matul ix-xogħlijiet ittellġħu mal-10,000 tunellata ta’ materjal minn dan il-kanal; permezz ta’ dan l-intervent ir-riħa telqet għall kollox. Sabiex il-kanal jibqa’ dejjem fl-istat li hu llum ser tibqa’ ssir manutenzjoni kontinwa. |
| Din il-korsa tal-ilma kienet | maħluqa apposta meta nbnew is-salini fiż-żmien il-Kavallieri. Il-moviment tal-mewġ u t-tides għandhom parti importanti fil-funzjoni tas-salini u l-mod kif kienu jiffunzjonaw. |
| Dan il-proġett huwa ħolqa minn katina ta’ | proġetti tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali biex tiġi riabilitata z-zona kollha tas-Salini. Dan ix-xogħol ser jikkonsisti wkoll fir-restawr u r-riabilitazzjoni tas-salini, fir-restawr tal-huts li kienu jintużaw biex jiġi proċessat u stivat il-melħ, fir-restawr tax-Ximenes Redoubt, fit-tindif tal-‘garigue’ li fuqu kien mitfugħ materjal u anke fir-riabilitazzjoni tas-salt marsh. Din iz-zona hi wkoll kandidata tan-Natura 2000 u kemm il-huts, salini u Ximenes Redoubt huma skedati mill-Awtorita` ta’ Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en