PREZZ GĦAL STOCKS TAL-GVERN
B’referenza għall-Press Release Nru.1879, ta’ nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Ottubru 2009, dwar ħruġ ta’ Stocks tal-Gvern, l-Accountant General javża li l-prezz għal kull Stock li jidher hawn taħt, huwa kif ġej:-
(i) | 3.6% Stock tal-Gvern ta' Malta 2013 (IV) Fungibility Issue bi prezz ta’ € 100.75 b’YTM ta’ 3.393%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 3.422% |
(i) | 3.6% Stock tal-Gvern ta' Malta 2013 (IV) Fungibility Issue bi prezz ta’ € 100.75 b’YTM ta’ 3.393%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 3.422% |
Fil-każ tal-Istock tal-Gvern ta’ Malta 2015 (V) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja u marbuta mal-Euribor tas-sitt (6) xhur, it-Teżor iħabbar ir-rata ta’ mgħax tal-bidu (intial interestrate) nhar it-Tnejn 16 ta’ Novembru 2009.
L-applikazzjonijiet jiftħu nhar it-Tnejn 9 ta’ Novembru 2009 u jagħlqu kif ġej, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal- Accountant General :
(i) fil-5.00pm l-Erbgħa 11 ta’ Novembru, 2009 għall-applikazzjonijiet minn xi applikant wieħed u/jew applikanti flimkien li ma jeċċedux €100,000 kull persuna,
u
| (ii) | f’nofsinhar il-Ġimgħa 13 ta’ Novembru, 2009 għall-applikazzjonijiet li jkunu magħmulin f’offerti b’irkant. L-ammonti ta’ kull Stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkanti, jiġu immedjatament mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti b’irkant. |
| Il-formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn u | jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta’ Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment. Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq il-website tat-Teżor. |
Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fil-prospetti rispettivi tagħhom kif ukoll fuq il-website tat-Teżor (www.treasury.gov.mt)
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en