IL-MINISTERU TAL-AFFARIJIET BARRANIN IĦABBAR LI F’MARZU LI ĠEJ SE SSIR IL-KONVENZJONI TAL-MALTIN LI JGĦIXU BARRA 2010
pr1922
05/11/2009
| Waqt konferenza tal-Aħbarijiet indirizzata | milll-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin l-Onor Dr Tonio Borg, akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Cecilia Attard Pirotta, tħabbar li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin se jorganizza Konvenzjoni għall-Maltin li Jgħixu Barra 2010. Din se ssir bejn il-15 u t-18 ta’ Marzu 2010, fil-Kamra tal-Kummerċ, fi Triq ir-Repubblika, fil-Belt Valletta. |
| Dr Tonio Borg qal li l-għan ta’ din | il-Konvenzjoni hi li teżamina l-progress u l-iżvilupp li sar fl-aħħar għaxar snin dwar id-drittijiet u l-interessi tal-Maltin li jgħixu barra minn pajjiżhom. Fl-istess waqt għandha sservi bħala okkażjoni sabiex jitnissġu inizjattivi ġodda għall-ġejjieni. |
| Il-Viċi Prim Ministru qal li ħatar kumitat | immexxi mis-Segretarju Permanenti Cecilia Attard Pirotta sabiex, fost affarijiet oħra, jiżgura li l-organizzazzjoni ta’ din il-Konvenzjoni tkun waħda ta’ suċċess. Huwa kompla jgħid li l-kumitat qed jikkunsidra diġà numru konsiderevoli ta’ proposti u suġġerimenti li saru minn numru kbir ta’ organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet Maltin barra minn Malta. Huwa sostna li l-Kumitat diġà qiegħed jevalwa il-possibbiltà tas-suġġetti li għandhom jiġu ttrattati matul din il-Konvenzjoni. Dr Tonio Borg enfasizza li qed issir konsultazzjoni wiesa’ ma’ diversi organizzazzjonijiet sabiex din il-Konvenzjoni tkun waħda inklussiva kemm jista’ jkun. |
| Dr. Borg kompla jgħid li l-Kumitat se jkun | qed jagħti importanza lill-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ sabiex fi kliemu din il-konvenzjoni tħares mhux biss lejn il-passat u l-preżent iżda wkoll lejn il-futur. |
| Matul il-konferenza, il-Viċi Prim Ministru u | Ministru tal-Affarijiet Barranin semma l-liġi taċ-Ċittadinanza u qal li din issaħħet fl-aħħar snin. Dawn ir-riformi leġislattivi li saru fl-2000 u fl-2007, jiggarantixxu l-aċċess għaċ-ċittadinanza Maltija lil kull persuna, imwielda fejn hi mwielda, li tista’ tipprova li għandha relazzjoni f`linja diretta ma’ persuna ta’ nazzjonalità Maltija imwielda f’Malta. Fil-qosor, iċ-ċittadinanza ġiet estiża anki għal ġenerazzjonijiet oltre l-ewwel ġenerazzjoni mwielda barra minn Malta. |
| ‘Il-mira tagħna hi li hekk kif dawn | ir-riformi jseħħu, tingħata aktar saħħa lid-drittijiet li joħorġu minn dawn ir-riformi. Tajjeb li nsemmu hawnhekk l-edukazzjoni u t-taħriġ. Fl-istess waqt għandna naraw ukoll li tingħata attenzjoni lil-lingwa Maltija u li din tiġi mgħallma wkoll barra minn Malta. Din għandha tinkludi fost affarijiet oħra l-istorja ta’ pajjiżna, it-tradizzjonijiet u l-folkor lokali. Dan jista’ jsir ukoll permezz tal-użu tat-teknoloġija moderna li tagħtina tant vantaġġi’. |
| Matul il-Konferenza, il-Viċi Prim Ministru | Tonio Borg qal li se jkun hemm għajnuna finanzjarja għall-parti mill-ispiża tal-ivvjaġġar għal dawk il-parteċipanti li se jiġu minn postijiet ’il bogħod, dejjem permezz ta’ applikazzjoni. Il-kriterji se jkunu trasparenti. Preferenza se tingħata lir-rappreżentanti tal-assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet. |
| Din hija t-tielet konvenzjoni li se tkun | organizzata għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta. L-ewwel Konvenzjoni saret fl-1969 u l-aħħar waħda fis-sena 2000. Il-Konvenzjoni tas-sena d-dieħla hija impenn ieħor li se jitwettaq mill-Gvern skont il-Manifest Elettorali tal-aħħar elezzjoni ġenerali. |
| Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ | jaċċessa l-websajt tal-Konvenzjoni fuq www.foreign.gov.mt/convention. Dawk li jixtiequ iktar informazzjoni jistgħu jikkuntattjaw lil Ms Doris Zammit fuq events.foreign@gov.mt |
Stqarrijiet Oħra:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en