Left arrow Mur Lura

IL-KUNSILL LOKALI TAL-ISLA JOSPITA 70 PARTEĊIPANT BARRANI GĦAL KONFERENZA EWROPEA.

pr1916
Date Icon 04/11/2009
Delegazzjoni ta’ 70 persuna minn sittmuniċipalitajiet fl-Italja, bħalissa jinsabu f’Malta għal ġimgħa sabiex jipparteċipaw fi proġett Ewropew, flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Isla, bl-għajnuna tal-Fond ta’ Ko-Finanzjament għal proġetti tal-Unjoni Ewropea, mwaqqaf mis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni.
Bħala parti minn dan il-proġett ġiet organizzatakonferenza fejn saru numru ta’ workshops li matulhom ġew diskussi aspetti varji relatati mal-wirt kulturali u l-istorja, il-multilingwiżmu, u r-rwol u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ f’organizzazzjonijiet politiċi.
Fid-diskors tal-għeluq, l-Onor. Chris Said,Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, tkellem dwar l-importanza ta’ proġetti Ewropej u l-ġemellaġġi, li huma għodda importanti sabiex jiġu żviluppati rabtiet bejn iċ-ċittadini Ewropej. Chris Said semma l-kunċett ta’ networking li qed tinkoraġġixxi l-Unjoni Ewropea bejn lokalitajiet minn pajjiżi differenti sabiex jitwessgħu l-kollaborazzjonijiet. “Ir-rwol tal-Kunsilli Lokali f’dan kollu għalhekk hu essenzjali”, stqarr is-Segretarju Parlamentari.
Chris Said enfasizza l-importanza li l-KunsilliLokali Maltin ikunu dinamiċi, li jħarsu ’l quddiem, li ma jiqfux jinbidlu u jibqgħu jevolvu.  “Jeħtieġ li nkomplu naħdmu fuq ħbiberiji u ġemellaġġi bejn il-lokalitajiet tagħna u oħrajn Ewropej u naħtfu l-opportunitajiet li relazzjonijiet transkonfini bħal dawn iġibu magħhom”, stqarr is-Segretarju Parlamentari.
Waqtid-diskussjonijiet tal-konferenza l-parteċipanti ddikjaraw l-impenn tagħhom biex il-muniċipalitajiet parteċipi jħarsu ’l quddiem bi pjan ta’ azzjoni fit-tul permezz ta’ kooperazzjoni fi proġetti sostenibbli, proġetti Ewropej b’rabta storika, kulturali, edukattiva u aspetti marbuta mal-isport.
Matul iż-żjara ta’ ġimgħa f’Malta,id-delegazzjoni kellha l-opportunità żżur bosta lokalitajiet f’Malta u tara kif jaħdmu l-Kunsilli Lokali f’Malta.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow