IL-KUNSILL LOKALI TAL-ISLA JOSPITA 70 PARTEĊIPANT BARRANI GĦAL KONFERENZA EWROPEA.
pr1916
04/11/2009
| Delegazzjoni ta’ 70 persuna minn sitt | muniċipalitajiet fl-Italja, bħalissa jinsabu f’Malta għal ġimgħa sabiex jipparteċipaw fi proġett Ewropew, flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Isla, bl-għajnuna tal-Fond ta’ Ko-Finanzjament għal proġetti tal-Unjoni Ewropea, mwaqqaf mis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni. |
| Bħala parti minn dan il-proġett ġiet organizzata | konferenza fejn saru numru ta’ workshops li matulhom ġew diskussi aspetti varji relatati mal-wirt kulturali u l-istorja, il-multilingwiżmu, u r-rwol u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ f’organizzazzjonijiet politiċi. |
| Fid-diskors tal-għeluq, l-Onor. Chris Said, | Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, tkellem dwar l-importanza ta’ proġetti Ewropej u l-ġemellaġġi, li huma għodda importanti sabiex jiġu żviluppati rabtiet bejn iċ-ċittadini Ewropej. Chris Said semma l-kunċett ta’ networking li qed tinkoraġġixxi l-Unjoni Ewropea bejn lokalitajiet minn pajjiżi differenti sabiex jitwessgħu l-kollaborazzjonijiet. “Ir-rwol tal-Kunsilli Lokali f’dan kollu għalhekk hu essenzjali”, stqarr is-Segretarju Parlamentari. |
| Chris Said enfasizza l-importanza li l-Kunsilli | Lokali Maltin ikunu dinamiċi, li jħarsu ’l quddiem, li ma jiqfux jinbidlu u jibqgħu jevolvu. “Jeħtieġ li nkomplu naħdmu fuq ħbiberiji u ġemellaġġi bejn il-lokalitajiet tagħna u oħrajn Ewropej u naħtfu l-opportunitajiet li relazzjonijiet transkonfini bħal dawn iġibu magħhom”, stqarr is-Segretarju Parlamentari. |
| Waqt | id-diskussjonijiet tal-konferenza l-parteċipanti ddikjaraw l-impenn tagħhom biex il-muniċipalitajiet parteċipi jħarsu ’l quddiem bi pjan ta’ azzjoni fit-tul permezz ta’ kooperazzjoni fi proġetti sostenibbli, proġetti Ewropej b’rabta storika, kulturali, edukattiva u aspetti marbuta mal-isport. |
| Matul iż-żjara ta’ ġimgħa f’Malta, | id-delegazzjoni kellha l-opportunità żżur bosta lokalitajiet f’Malta u tara kif jaħdmu l-Kunsilli Lokali f’Malta. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en