DISKORS mill-Onor. DR. Joe Cassar, Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, fl-okazzjoni tal-inawgurazzjoni tal-Kampanja kontra l-Obeżita' - Ħ’Attard – 4 Novembru 2009
pr1914
04/11/2009
| Nixtieq | l-ewwel nett nirringrazzja lilkom il-ġurnalisti talli għal darb’oħra għoġobkom tkunu magħna biex twasslu l-messaġġi li minn żmien għall-ieħor id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard ikollu xi jwaslilkom. |
| Kontinwament qegħdin nisimgħu ħafna dwar | l-obeżita’ kemm fuq il-mezzi tax-xandir kif ukoll ta’ l-istampa. Internazzjonalment illum nagħrfu l-problemi li qed iġġib magħha l-obeżita’ u għalhekk saret titqies bħala epidemija nazzjonali. L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) saret tirreferi għall-obeżita’ bħala l-epidemija silenzjuża - ‘the silent epidemic’. |
| Fil-Health Interview Survey li sar fis-sena | 2008, sibna li 22.3% tal-popolazzjoni adulta f’Malta hi obeża (ħoxna) u din qegħda maqsuma fi 24.3% irġiel u 20.6% nisa. Għalkemm aħna nagħrfu li kien hemm daqxejn tibdil għall-aħjar mis-sena 2002, fejn dak iż-żmien l-istess studju wera obesita’ ta’ 23.6% tal-popolazzjoni, nafu wkoll li l-problema għada preżenti hemmhekk u għad fadlilna triq twila x’naqdfu flimkien biex nikkumbattu din l-epidemija. |
| L-obeżita’ minnha nnifisha hi meqjusa bħala | kundizzjoni medika. Studji juru li l-obeżita’ hija kawża prinċipali ta’ ċertu problemi tal-qalb, speċjalment ta’ pressjoni għolja, attakk tal-qalb, kif ukoll tal-puplesija. Fi studju hawn Malta ġie kkonfermat li l-marda taz-zokkor fil-kbar (Diabetes type 2) hija komuni ħafna, speċjalment wara l-erbgħin sena, u jidher li għandha x’taqsam mal-ħxuna, u possibbilment ma’ ikel żejjed u nuqqas ta’ attivita’ fiżika. |
| Id-dijabete flimkien mal-marda ta’ pressjoni | għolja fid-demm u dik ta’ xaħam għoli, hija waħda mill-akbar fatturi ta’ periklu li tgħin biex jitfaċċa l-mard tal-qalb – kawża ewlenija ta’ mwiet f’Malta. |
| Il-problema ta’ obeżita’ ma nsibuhiex fil-kbar | biss iżda preżenti wkoll fit-tfal. Fi studju Health Behaviour in School-Aged Children li sar fis-sena 2006, instab li 28% tat-tfal ta’ 11-il sena huma ta’ piż għoli filwaqt li hemm 31% tat-tfal ta’ 13-il sena b’din il-problema. It-tfal tagħna huma l-adulti tal-futur u għalhekk aħna nħossu ċertu responsabilita’ lejhom. |
| Irridu ngħallmu lit-tfal tagħna kif għandhom | jipprevenu l-obeżita’ ħalli iktar kemm jgħaddi żmien is-soċjeta’ Maltija tkun dejjem iktar u iktar b’saħħitha u magħrfa. |
| Fuq | dan is-suġġett id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard għandu anke pjani għall-futur biex ikompli jaħdem id f’id ma’ l-iskejjel biex anke nkomplu ntejbu u ngħallmu t-tfal tagħna xi tfisser dieta nutrittiva u kif għandna nieklu aħjar. F’dawn l-aħħar snin id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard ilu jmur ġo skejjel u jagħti taħditiet u diskussjonijiet lil skejjel u tfal ta’ etajiet differenti. |
| Id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa u | Prevenzjoni tal-Mard illum jagħraf li l-pubbliku jaf b’din il-problema u għandu l-informazzjoni meħtieġa. Għalhekk issa jinħass il-bżonn li għandna naħdmu iktar fuq motivazzjoni tas-suġġett. Malta flimkien mal-bqija tad-dinja qed nipprovaw naħdmu u nfasslu ċertu proġetti għal futur fejn bihom inkunu nistgħu ngħinu u nħeġġu l-pubbliku ħalli id f’id, nikkumbattu din l-epidemija. |
| Qabel ma ngħalaq id-diskors tiegħi nixtieq | sinċerament nirringrazzja lil kull min qiegħed hawn preżenti u lill-istaff kollu tad-Dipartiment li kontinwament dejjem jaħdem għall-ġid ġenerali tal-pubbliku Malti. Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-ġurnalisti għax bis-saħħa tagħhom inkunu dejjem nistgħu nwasslu l-messaġġi tagħna lill-pubbliku inġenerali. Nixtieq nirrringrazzja lil ‘Frott Artna’, li għenuna ħafna u kienu wkoll sponsors tagħna kemm f’Notte Bianca u anke tal-President Run li se ssir f’Dicembru. |
Grazzi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en