Left arrow Mur Lura

Il-Ħamsa u Għoxrin Edizzjoni tal-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb

pr1913
Date Icon 04/11/2009
Il-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb, din is-sena serissir f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi,  bejn il-11 u l-15 ta’ Novembru, 2009.  Il-Fiera hija organizzata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u mid-Dipartimenti tal-Libreriji.
Il-fiera toffri opportunitajiet lill-pubblikubiex isir jaf dwar pubblikazzjonijiet ġodda kemm Maltin kif ukoll barranin.
Waqtil-Fiera se jkun hemm diversi attivitajiet li jiċċelebraw il-kotba.  Il-programm ta’ din is-sena jinkludi:

L-Erbgħa 11 ta’ Novembru

19.00:             Tnedija tal-ktieb ‘Alla Twajjeb Dejjem’. Ġabra ta’ poeżiji ta’ Anton Buttigieg, kompilati minn Anselm Sciberras, b’introduzzjoni mill-Professur Oliver Friggieri. 

Il-Ħamis 12 ta’ Novembru

19.00:             Attività divertenti u differenti mill-Merlin Library Ltd., bl-isem ta’ tsek-tsik.  10 protagonisti u nofs, 15-il ritratt kull wieħed. 20 sekonda biss fuq kull ritratt.  Protagonisti: Ġuże Stagno, Mona Farrugia, Trevor Zahra, Clare Azzopardi, Robert Cordina, Mario Azzopardi, Pierre Portelli, Chris Gruppetta, Claire Bonello, u Mark Scicluna.

Il-Ġimgħa 13 ta’ Novembru

19.00:             Trevor Żahra jippreżenta Serata ta’ Letteratura Tikka Mqarba. 

Is-Sibt 14 ta’ Novembru

10.00:             SKS ser tniedi l-ktieb ‘Pupu fil-Baħar’; ġabra ta’ novelli miktuba minn Alfred Sant.

Il-Ħadd 15 ta’ Novembru

17.00:Horizons ser jagħmlu preżentazzjoni ta’ ‘L-Istorja tal-Istorja’ miktub u moqri minn Ġorġ Peresso.
18.30:Allied Publications ser iniedu ‘Il-Politika tal-Persważjoni’, l-awtobijografija tal-Professur Guido de Marco maqluba għall-Malti minn Charles Abela Mizzi.
L-attivitajiet kollha ser isiru fis-Sala TemiZammit f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, u huma mingħajr ħlas u jista’ jattendi għalihom kulħadd.  Xi esebituri ser ikollhom ukoll attivitajiet għaddejjin fuq l-istands tagħhom.

Il-Fiera ser tiftaħ kif ġej:

L-Erbgħa 11 ta’ Novembru

9.00 a.m. – 1.30 p.m.                        5.00 p.m. – 9.00 p.m.

Il-Ħamis 12 ta’ Novembru

9.00 a.m. – 1.30 p.m.                        5.00 p.m. – 9.00 p.m.

Il-Ġimgħa 13 ta’ Novembru

9.00 a.m. – 1.30 p.m.                        5.00 p.m. – 10.00 p.m.

Is-Sibt 14 ta’ Novembru

9.00 a.m. – 12.30 p.m.                      4.00 p.m. – 10.00 p.m.

Il-Ħadd 15 ta’ Novembru

10.00 a.m. – 12.30 p.m.                    3.00 p.m. – 9.00 p.m.

Ser ikun hemm it-trasport minn Bieb il-Belt. Id-dħul għall-Fiera huwa mingħajr ħlas.  Iktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn info@ktieb.org.mt jew mill-websajt tal-KNK www.ktieb.org.mt. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow