Left arrow Mur Lura

DISKORS mill-Onor. JOHN Dalli, waqt it-tnedija tal-istandards nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar Residenzjali u fil-Foster Care, Tal-model policies and procedures for residential and foster care u tal-istrategic plan għall-out-of-home child

pr1910
Date Icon 04/11/2009

Sinjuri,

Madwar id-dinja kollha t-tfal huma, bla dubju,wieħed mis-setturi l-aktar vurnerabbli. Qiegħed ngħid għat-tfal kollha li jistennew mis-soċjetà li tipprovdilhom mhux biss assikurazzjoni ta’ protezzjoni imma wkoll l-aħjar u l-aqwa ambjent ta’ żvilupp u formazzjoni.
Niddikjara bla tlaqlieq li fil-kundizzjonijietkollha li jkollna f’dan il-qasam għalija l-hekk imsejħa drittijiet ċivili preteżi minn kulħadd huma sekondarji għal dan il-pilastru tas-soċjetà – it-tfal li wara kollox huma l-futur tas-soċjetà tagħna.
Kull min qiegħed hawn għandu xi konnessjoni jewhuwa stakeholder fil-qasam ta’ ħarsien tat-tfal li għal xi raġuni ma jkunux jistgħu jgħixu d-dar mal-familja tagħhom.
Illum qed inniedu tliet dokumenti importanti,dokumenti li tħejjew uħud minnkom stess. Dawn d-dokumenti huma aspett ieħor mill-politika soċjali tal-Gvern li hi bbażata fuq il-ħtieġa li jittejbu s-servizzi soċjali kollha. Huma dokumenti mħejjija minn esperti, minn dawk fostkom li jiddedikaw il-ħin u l-ħidma tagħhom sabiex dawn it-tfal ikollhom l-aħjar forma ta’ ħarsien alternattiv u sabiex tingħata support lill-familji ta’ dawn it-tfal.  Flimkien magħkom l-Istat għandu d-dmir li jipprovdi l-aħjar ħarsien possibbli lil dawn it-tfal u għajnuna lill-familji tagħhom.
L-istat għandu risponsabbiltàkbira għaliex irid jara li l-ħarsien li jingħata lil dawn it-tfal u lill-familji tagħhom ikun tal-għola kwalità.  L-okkażjoni tal-lum hija sinjal ta’ kemm il-Gvern jagħti importanza lil dan il-qasam. Ilkoll kemm aħna li qegħdin hawn irridu naraw li kull tifel u tifla jkollu l-opportunità li jitrabba bl-aħjar mod possibbli. Ilkoll nafu li jekk tingħatalhom l-opportunità, tfal li jirċievu ħarsien f’dar residenzjali jew ma’ foster care family jistgħu jgħixu ħajja kif jixraq. Imma jinħtieġ investiment akbar sabiex dawn it-tfal jirnexxu aktar, imorru tajjeb fl-iskola u aktar ‘il quddiem isibu impjieg xieraq. Għalhekk ridna naħdmu mal-istakeholders biex jinħarġu dawn it-tliet dokumenti, li flimkien jgħinuna nilħqu riżultati tajbin u konsistenti għal dawn it-tfal. Ħejjejna wkoll child-friendly version tal-istandards, li nkiteb minn żagħżugħa li kienet membru tal-grupp li ħejja l-istandards u li ġiet illustrata minn tfal li jirċievu sevizz ta’ ħarsien.
L-Istandards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfalfid-Djar Residenzjali u fil-Foster Care li qed inniedu llum, inġabru u tħejjew minn working group li kkonsista f’rappreżentanti tal-istakeholders inklużi tfal li qed jirċievu sevizz ta’ ħarsien.  Nieħu din l-okkażjoni biex nirringrazzja lil dan il-working group għal ħin u l-expertise li offra b’tant ġenerosità. Nirringrazzja wkoll lil dawk, kemm kbar kif ukoll żgħar li rrispondew b’mod tant ġeneruż u sensittiv għal proċess intensiv ta’ konsultazzjoni. Dan id-dokument intonat preċiz mal-ħtigijiet lokali u huwa ta’ livell ta’ standards internazzjonali.
Rapport reċenti tal-Kunsill tal-Ewropa dwarl-implementazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2005) fuq id-drittijiet tat-tfal li jgħixu fid-djar residenzjali jirrakkomanda li l-istati membri jeżaminaw l-istatus tal-istandards tal-ħarsien u jqabbluhom ma’ dak li tgħid ir-rakkomandazzjoni. Tkompli tirrakkomanda wkoll li l-istandards ewropej  Quality4Children għandhom ikunu kkunsidrati bħala kontribut siewi f’dan ir-rigward. Għandna nkunu kburin li mixjin fuq it-triq it-tajba billi l-Istandards Nazzjonali tagħna jimxu fuq il-binarji suġġeriti mill-Kunsill tal-Ewropa.
It-tieni dokument li qegħdin inniedu llum u lihuwa l-Model Policies and Procedures, huwa wkoll riżultat tal-ħidma ta’ stakeholders u esperti fis-settur. Nirringrazzja wkoll lil dan il-grupp u lil dawk li rrispondew għall-konsultazzjoni u taw il-ħin tagħhom biex ilestu dan id-dokument. Il-ħin hu prezzjuż għal kulħadd u jidher li ħafna ħin ġie dedikat għal dan id-dokument. Dawn il-Model Policies and Procedures għandhom ikunu t’għajnuna kbira għal kull min jaħdem fis-settur, għax huma bbażati fuq eżempji ta’ good practices meħuda mill-kamp nazzjonali kif ukoll internazzjonali.
It-tielet dokument li ser nippreżentaw llum hijaStrategic Plan. Jinħtiegu aktar riżorsi biex ikollna compliance mal-istandards u mal-implementazzjoni tal-Model Policies and Procedures. Naqblu li sabiex intejbu s-sistema tagħna ta’ ħarsien għandna bżonn nidentifikaw fejn għandna nuqqasijiet, nidentifikaw fejn għandna ostakli li jżommuna milli nimplementawhom u nifformulaw pjan sabiex negħlbu dawn id-diffikultajiet u neliminaw in-nuqqasijiet.  Ħloqna Core Group ta’ esperti minn nies li jirrappreżentaw is-settur sabiex jistudjaw is-sitwazzjoni preżenti. Dan il-Grupp studja l-pożizzjoni attwali skond il-feedback li jirċievi mingħandkom, ħejja gap analysis u ppropona pjan mifrux fuq għaxar snin li jkun sostennibli. Dan il-Grupp ħadem fil-parametri tal-Istandards u tal-Model Policies and Procedures. Għandi l-pjaċir ngħid li diġà tħejja pjan strateġiku li għandu jiggwida l-politika soċjali u jiddiriġi r-riżorsi skond fejn l-aktar hemm bżonnhom. Il-pjan ġie mħejji b’mod flessibbli biex ikun jista’ jakkomoda ċirkostanzi li jinbidlu u jibbenefika minn riċerka ġdida li tista ssir ‘il quddiem, bħal dik li diġà qed titħejja mill Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal.
Dawn id-dokumenti jkopru s-servizzi kollha lihemm bżonn fil-qasam. Huma bbażati fuq il-ħsieb li t-tfal għandhom idumu ‘in care’ għall-inqas żmien neċessarju. Jinħtieg xogħol serju ma’ familji hekk imsejħa “at risk” u ma’ familji li t-tfal tagħhom diġà qegħdin jirċievu servizzi ta’ ħarsien. Jekk jista’ jkun dan ix-xogħol għandu jkun intiż biez ma tintlaħaqx sitwazzjoni fejn it-tfal ma jkunux jistgħu jibqgħu jgħixu mal-familja tagħhom.
Kif nafu lkoll meta t-tfal ikollom jinfirdu minnmal-familja jgħaddu minn trawma u dan jista’ jikkaġuna ħsara lil dawn it-tfal. Irridu nagħtu sapport u għajnuna lil dawk il-familji li jkunu għaddejjin minn żminijiet diffiċli, għal xi raġuni jew oħra.  Irridu naraw li dawk it-tfal li ma jisgħux jibqgħu jgħixu d-dar mal-familja tagħhom, għandhom kuntatt kontinwu u siewi mal-familja tagħhom, dejjem jekk dan ikun fl-aħjar interess tagħhom. Dan jista’ jsir biss bl-għajnuna tas-servizzi u tal-carers li joħolqu u jżommu mill-bidu sal-aħħar relazzjoni kostruttiva mal-familji tat-tfal, relazzjoni li tibda mill-bidu u ddum sa wara li t-tfal jerġgħu jmmoru lura mal-familja tagħhom fejn dan huwa possibbli.
Fid-dokumenti quddiemna llum hemm maħsub ukolll-aftercare. Iż-żgħażagħ li jilħqu età ta’ meta ma jibqgħux ‘in care’, f’dan l-istadju mhux dejjem ikunu ppreparati sabiex jgħixu ħajja indipendenti u jkun għad jinħtieġ li jkollhom programmi addattati għal bżonnijiet tagħhom, programmi li jipprovdu t-tip ta’ għajnuna li ż-żgħazagħ normalment jirċievu mingħand il-familji tagħhom sakemm  isiru ċittadini li jistgħu jieħdu ħsieb tagħhom infushom.
Mela jrid ikollna sistema komplessiva li jieħuħsieb it-tfal u l-familji mill-bidu sal-aħħar. Dan jinkludi xogħol li jsir fil-komunità. Eżempju tajjeb ta’ policy li addotta l-Gvern fil-2002 kien il-pilot project ACCESS, one-stop shop ta’ servizzi soċjali fil-welfare li jirrifletti l-policy document tal-Council of Europe magħruf bħala Access to Social Rights. Dan is-servizz ser jiġi estiż għal tliet areas oħra u jista’ jlaħħaq mal-ħtiġijiet ta’ individwi u familji fil-livell tal-komunità. Jingħata sapport lill-familji vulnerabbli u b’hekk titnaqqas il-ħtiega li t-tfal ma jibqgħux jgħixu mal-familja tagħhom.
Tkellimna dwar il-kwalità tal-ħarsien. Dintiddependi fuq il-ħila u l-esperjenza ta’ min jipprovdi s-servizz. Tiddependi wkoll fuq ir-riżorsi u fuq l-istrutturi li jkollu min jipprovdi s-servizz.. Għandu jkun hemm carers li jipprovdu atmosfera ta’ sigurtà, ta’ wellbeing u ta’ għajnuna. Il-gvern lest li jappoġġja kull inizjattiva li twassal sabiex ikollna ħaddiema  kompetenti u mħarrga f’dan ix-xogħol.
It-tfal kollha li jirċievu servizz ta’ ħarsienfid-djar residenzjali jew minn foster care family jinħtieġ li jkollhom aċċess għal numru ta’ servizzi li jilħqu l-bżonnijiet emozzjonali u dawk neċessarji għall-izvilupp, għas-saħħa, għall-edukazzjoni u għad-divertiment tagħhom. Irridu ninvestu aktar riżorsi f’dan ir-rigward. Fl-istess ħin irid ikun hemm strutturi aħjar li jlaħħqu mal-ħtiġijiet ta’ min juża s-servizz ta’ ħarsien.
Is-servizz li jirċievu dawn it-tfal hu pprovdutmill-istat, mill-Knisja, minn diversi NGOs u minn numru ta’ Fondazzjonijiet. Ilkoll naħdmu flimkien biex inlaħħqu mal-bżonnijiet ta’ dawn it-tfal. Din il-koperazzjoni bejnietna lkoll hi neċessarja. Hija koperazzjoni li tinfirex fuq l-Aġenzija appuntata għal ħarsien tat-tfal, fuq min jipprovdi s-servizz, fuq min jagħti s-sapport kif ukoll fuq il-familji tat-tfal. Kulħadd għandu s-sehem tiegħu x’jagħti.
Irrid nieħu din l-opportunità biex nirringrazzjalill-istakeholders kollha li jaħdmu f’dan is-settur u li jagħmlu dak kollu li jistgħu biex itejbu l-ħajja ta’ dawn it-tfal vulnerabbli u tal-familji tagħhom. Naf li dan mhux settur faċli. Jekk il-kondizzjonijiet ma jkunux tajbin għandna r-riskju serju ta’ burnout ta’ min jipprovdi s-servizz. Id-dokumenti li qegħdin inniedu huma bbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet tagħkom u fuq eżempji ta’ good practices li intom ipprovdejtu. Il-Gvern qiegħed iwiegħed is-sapport biex jgħin fl-istrutturi kollha tal–ħarsien u biex jittejbu s-servizzi skond il-gwida ta’ dawn id-dokumenti. Il-Gvern intrabat li jmexxi dawn il-policies b’mod effettiv u ħolisiku. B’hekk, kemm it-tfal kif ukoll il-familji tagħhom isibu għajnuna sabiex itejbu s-sitwazzjoni tagħhom.

Nirringrazzjakhom. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow