Sensiela ġdida ta’ Żjarat Kulturali għal Kulħadd
| Il-Kunsill Malti | għall-Kultura u l-Arti qed iniedi sensiela oħra ta’ Żjarat Kulturali għal kulħadd. Dawn iż-Żjarat Kulturali llum saru parti mill-kalendarju ta’ attivitajiet li bosta jkunu qed jistennew kull sena biex ikabbru t-tagħrif tagħhom dwar il-patrimonju u dak kollu li hu Malti. |
| B’kollox se jkun hemm | tmien żjarat li ser jinżammu bejn il-Ħadd 15 ta’ Novembru 2009 u t-2 ta’ Mejju 2010. Il-programm ta’ dawn iż-żjarat ser ikun imqassam hekk: |
Il-Ħadd 15 ta’ Novembru 2009
Fl-inħawi tal-Mellieħa
· Ix-Xelters tal-Gwerra
· Il-mużew tat-tunnara
· Il-mużew tal-Agrikoltura
· Il-kappella tal-Aħrax iddedikata lill-Kunċizzjoni
· Ir-riserva naturali tal-Ghadira
Il-Ħadd 6 ta’ Diċembru 2009
Fl-inħawi tal-Kottonera
· Bir Mula Heritage
· Il-kunvent u l-kannirja tal-patrijiet Tereżjani fil-knisja Santa Tereża
· Mudell ta’ knisja armat għall-festa
· Il-knisja ta’ Santa Margerita
· il-Knisja ta’ San Ġwann Elemożinarju f’Ta’ Għuxa
Il-Ħadd 24 ta’ Jannar 2010
· Villa Francia f’Ħal-Lija
· Il-Mużew tal-Karmelitani fl-Imdina
· Palazzo Stagno f’Ħal-Qormi
· Il-bungalow Awstraljan u ċ-ċentru Nazzjonali għar-riċerka u żvilupp fl-agrikoltura tal-Għammieri
Il-Ħadd 21 ta’ Frar 2010
Fl-akwati ta’ Raħal Ġdid
· Il-Moskeja
· Il-knisja ta’ Sant’Ubaldeska u l-wirja ‘5000 sena ta’ storja u 100 sena Parroċċa’
· Il-knisja ta’ San Bartilmew f’Ħal Tarxien
· Il-fdalijiet ta’ Kordin
Il-Ħadd 7 ta’ Marzu 2010
Fil-Belt u l-Furjana
· Il-Laboratorju ta’ Sir Temi Zammit u ċ-ċelel f’Palazzo Castellania
· Il-knisja ta’ l-Iskoċċiżi ddedikata lil Sant’Andrija
· Il-kurja Arċiveskovili
· Il-Ġnien tal-Milorda
· Il-Kavallier ta’ San Gwann (l-ambaxxata tal-Ordni f’Malta)
Il-Ħadd 28 ta’ Marzu 2010
| Il-Kult tal-Ġimgħa | Mqaddsa |
| Inżuru diversi wirjiet u | rappreżentazzjonijiet abbinati ma’ dan iż-żmien tas-sena fl-inħawi ta’ Ħal-Qormi. Ħaż-Żebbuġ u Ħal-Luqa. |
Il-Ħadd 11 t’April 2010
F’Birkirkara
· L-awla kapitulari tal-Bażilika ta’ Sant’Elena
· Minjatura tal-knisja ta’ Sant’Elena fil-ġebel
· Il-knisja ddedikata lill-Madonna tal-Ħerba
· Il-parroċċa l-antika ta’ Birkirkara dedikata lil Santa Marija
· Ix-Xelters tat-tieni Gwerra
· Ġnien l-Istazzjon
Il-Ħadd 2 ta’ Mejju 2010
Ħarġa Kulturali ta’ ġurnata f’Għawdex
Kull min jixtieq japplika biex jattendi għal dawn iż-żjarat għandu jimla applikazzjoni li tinġabar mill-Kunsill Malti ghall-Kultura u Arti, 230 Triq ir-Repubblika il-Belt sa mhux aktar tard mill-Erbgħa ta’ qabel kull żjara rispettiva. Jiġu wkoll aċċettati applikazzjonijiet għaż-żjarat kollha f’daqqa li għalihom hemm prezz imraħħas.
Aktar informazzoni tista’ tingħata permezz tat-telefon billi ċċemplu fuq 21232515 jew 21245168 jew billi tibgħatu e-mail fuq adrian.german@maltaculture.com jew billi żżuru is-sit elettroniku www.maltaculture.com
Stqarrijiet Oħra:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en