Left arrow Go Back

Sensiela ġdida ta’ Żjarat Kulturali għal Kulħadd

pr1909
Date Icon 04/11/2009
Il-Kunsill Maltigħall-Kultura u l-Arti qed iniedi sensiela oħra ta’ Żjarat Kulturali għal kulħadd. Dawn iż-Żjarat Kulturali llum saru parti mill-kalendarju ta’ attivitajiet li bosta jkunu qed jistennew kull sena biex ikabbru t-tagħrif tagħhom dwar il-patrimonju u dak kollu li hu Malti.
B’kollox se jkun hemmtmien żjarat  li ser jinżammu bejn il-Ħadd 15 ta’ Novembru 2009 u t-2 ta’ Mejju 2010. Il-programm ta’ dawn iż-żjarat ser ikun imqassam hekk:

Il-Ħadd 15 ta’ Novembru 2009

Fl-inħawi tal-Mellieħa

·   Ix-Xelters tal-Gwerra

·   Il-mużew tat-tunnara

·   Il-mużew tal-Agrikoltura

·   Il-kappella tal-Aħrax iddedikata lill-Kunċizzjoni

·   Ir-riserva naturali tal-Ghadira 

Il-Ħadd 6 ta’ Diċembru 2009

Fl-inħawi tal-Kottonera

·        Bir Mula Heritage

·        Il-kunvent u l-kannirja tal-patrijiet Tereżjani fil-knisja Santa Tereża

·        Mudell ta’ knisja armat għall-festa

·        Il-knisja ta’ Santa Margerita

·        il-Knisja ta’ San Ġwann Elemożinarju f’Ta’ Għuxa 

Il-Ħadd 24 ta’ Jannar 2010

·   Villa Francia f’Ħal-Lija

·   Il-Mużew tal-Karmelitani fl-Imdina

·   Palazzo Stagno f’Ħal-Qormi

·   Il-bungalow Awstraljan u ċ-ċentru Nazzjonali għar-riċerka u żvilupp fl-agrikoltura tal-Għammieri 

Il-Ħadd 21 ta’ Frar 2010

Fl-akwati ta’ Raħal Ġdid

·   Il-Moskeja

·   Il-knisja ta’ Sant’Ubaldeska u l-wirja ‘5000 sena ta’ storja u 100 sena Parroċċa’

·   Il-knisja ta’ San Bartilmew f’Ħal Tarxien

·   Il-fdalijiet ta’ Kordin 

Il-Ħadd 7 ta’ Marzu 2010

Fil-Belt u l-Furjana

·   Il-Laboratorju ta’ Sir Temi Zammit u ċ-ċelel f’Palazzo Castellania

·   Il-knisja ta’ l-Iskoċċiżi ddedikata lil Sant’Andrija 

·   Il-kurja Arċiveskovili

·   Il-Ġnien tal-Milorda

·   Il-Kavallier ta’ San Gwann (l-ambaxxata tal-Ordni f’Malta) 

Il-Ħadd 28 ta’ Marzu 2010

Il-Kult tal-ĠimgħaMqaddsa
Inżuru diversi wirjiet urappreżentazzjonijiet abbinati ma’ dan iż-żmien tas-sena fl-inħawi ta’ Ħal-Qormi. Ħaż-Żebbuġ u  Ħal-Luqa.

Il-Ħadd 11 t’April 2010

F’Birkirkara

·   L-awla kapitulari tal-Bażilika ta’ Sant’Elena

·   Minjatura tal-knisja ta’ Sant’Elena fil-ġebel

·   Il-knisja ddedikata lill-Madonna tal-Ħerba

·   Il-parroċċa l-antika ta’ Birkirkara dedikata lil Santa Marija

·   Ix-Xelters tat-tieni Gwerra

·   Ġnien l-Istazzjon 

Il-Ħadd 2 ta’ Mejju 2010

Ħarġa Kulturali ta’ ġurnata f’Għawdex

Kull min jixtieq japplika biex jattendi għal dawn iż-żjarat għandu jimla applikazzjoni li tinġabar mill-Kunsill Malti ghall-Kultura u Arti, 230 Triq ir-Repubblika il-Belt sa mhux aktar tard mill-Erbgħa ta’ qabel kull żjara rispettiva. Jiġu wkoll aċċettati applikazzjonijiet għaż-żjarat kollha f’daqqa li għalihom hemm prezz imraħħas.  

Aktar informazzoni tista’ tingħata permezz tat-telefon billi ċċemplu fuq 21232515 jew 21245168 jew billi tibgħatu e-mail fuq adrian.german@maltaculture.com jew billi żżuru is-sit elettroniku www.maltaculture.com

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow