Left arrow Mur Lura

INFORMAZZJONI PERJODIKA FUQ INFURZAR MEĦUD MIS-SERVIZZI SPETTORAT TAS-SAĦĦA SKOND L-ATT TA’ L-2002 DWAR IS-SIGURTÀ FL-IKEL

pr1908
Date Icon 04/11/2009
Id-Dipartimentgħal Saħħa Ambjentali fi ħdan id-Diviżjoni Regolazzjoni Saħħa Pubblika nieda servizz perjodiku t’informazzjoni dwar infurzar li jiġi meħud mis-servizzi spettorat tas-saħħa skond l-Att dwar is-Sigurta’ fl-Ikel.
Matulix-xahar t’Ottubru nħarġu 528 avviż ta’ titjib skond artiklu 33 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel.  Dan l-avviż jintbagħat lill-operaturi ta’ negozji ta’ l-ikel wara li tkun saret spezzjoni għall-għarrieda minn Uffiċjali Għal Saħħa Ambjentali. Dan l-avviż huwa intenzjonat biex l-operaturi jkunu infurmati dwar in-nuqqasijiet fl-istabbilimenti tagħhom u jingħataw data speċifika sakemm għandhom jirremedjaw dawn in-nuqqasijiet.  Waqt li n-nuqqasijiet jistgħu jkunu varji iżda f’nuqqasijiet serji azzjoni legali oħra tittieħed bħal ma jissemma aktar ‘l isfel.
Sittoperaturi ta’ negozju ta’ l-ikel instabu li kienu qegħdin jiksru l-liġijiet ta’ l-ikel u dawn ser jittellgħu l-qorti.  Dawn jinkludu bejjiegħ fis-suq tal-Mosta, tliet operaturi f’tas-Sliema u l-Belt li kisru garanzija skond artiklu 39 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel, operatur ta’ negozju tal-ikel f’Birkirkara li żamm il-post f’kundizzjonijiet mhux iġeniċi kif ukoll operatur ieħor tal-ikel li kien ukoll qed jopera f’kundizzjonijiet mhux iġeniċi u wkoll mingħajr liċenzja u reġistrazzjoni neċessarja.
Sbatax-ilgaranzija kienu wkoll magħmula matul l-istess perjodu.  Garanziji huma ftehim legali kif titlob l-istess liġi bejn l-operaturi ta’ negozju fl-Ikel u l-Awtorità tas-Saħħa fejn it-tnejn jaqblu fuq data li fiha wieħed irid jirremedja n-nuqqasijiet fil-postijiet tal-ikel.  Ksur ta’ garanzija tfisser li tittieħed azzjoni bil-qorti kontra l-persuna li tkun iffirmat il-garanzija.  In-nuqqasijiet prinċipali jinkludu difetti strutturali, nuqqas t’iġjene, irregolaritajiet fl-ittikkettjar ta’ l-ikel u nuqqas ta’ taħriġ fl-iġjene tal-ikel.
F’dan l-istessperjodu aktar minn 800 kilo ta’ ikel skadut, li nstab ġo store f’Birkirkara, ġie ssiġillat mill-ispettorat tas-saħħa u sussegwentement mormi.  Fil-Ħamrun ġew ukoll distrutti madwar 43 kilo ta’ ikel skadut u 4 kilogrammi oħra fil-Mosta.  Mingħand manifattur ġo San Gwann ġew ukoll distrutti 185 kilogrammi ta’ pastizzi tal-irkotta kif ukoll għaġina tal-Pizza.
Fl-istessxahar, inħarġu għaxar ordnijiet ta’ kontroll ta’ emerġenza skond artiklu 38 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel.  Dawn l-ordnijiet li jistgħu jkunu kemm permanenti kif ukoll temporanji, jingħataw lill-operaturi tan-negozju tal-ikel sabiex titwaqqaf parti mill-proċess ta’ l-ikel.  Mill-għaxar ordinijiet t’emerġenza li nħarġu, disgħa nħarġu lil fornituri tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem  wara li ttieħdu kampjuni u saret l-analiżi neċessarja dawn instabu li ma jikkonformawx mad-disposizzjonijiet tar-regolamenti ta’ l-2009 dwar Ilma Maħsub għall-konsum mill-bniedem, ordni oħra ta’ kontroll ta’ Emergenza nħarġet lil persuna li nstabet timmanifattura prodotti tal-ikel minn ġo post li ma kellux liċenzja.
Inħarġetukoll ordni ta’ projbizzjoni ta’ Emerġenza lill-operatur tal-fond 247, Triq tal-Karmnu Birkirkara.  Din l-ordni ġiet maħruġa skond l-artiklu 36 tal-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u dan partikolarment meta jkun hemm riskju immedjat għas-saħħa pubblika u għalhekk dan il-post ġie magħluq mill-Awtorità tas-Saħħa.  F’dan il-każ din l-ordni ġiet irtirata jumejn wara u dan peress li dan l-operatur neħħa r-riskju imminenti għas-saħħa pubblika billi obda l-istruzzjonijiet mogħtija lilu mill-Awtorità tas-Saħħa.

Id-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali jieħu din l-opportunità sabiex ifakkar lill-pubbliku li jista’ jikkuntattja lis-Servizzi Spettorat tas-Saħħa bejn is-7.30am u 3.30pm fuq in-numru tat-telefon 21337333, permezz tal-email complaints.ph@gov.mt jew billi jmur personalment fl-uffiċċju li jinsab f’37/39 Rue d’Argens, Msida.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow