INFORMAZZJONI PERJODIKA FUQ INFURZAR MEĦUD MIS-SERVIZZI SPETTORAT TAS-SAĦĦA SKOND L-ATT TA’ L-2002 DWAR IS-SIGURTÀ FL-IKEL
pr1908
04/11/2009
| Id-Dipartiment | għal Saħħa Ambjentali fi ħdan id-Diviżjoni Regolazzjoni Saħħa Pubblika nieda servizz perjodiku t’informazzjoni dwar infurzar li jiġi meħud mis-servizzi spettorat tas-saħħa skond l-Att dwar is-Sigurta’ fl-Ikel. |
| Matul | ix-xahar t’Ottubru nħarġu 528 avviż ta’ titjib skond artiklu 33 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel. Dan l-avviż jintbagħat lill-operaturi ta’ negozji ta’ l-ikel wara li tkun saret spezzjoni għall-għarrieda minn Uffiċjali Għal Saħħa Ambjentali. Dan l-avviż huwa intenzjonat biex l-operaturi jkunu infurmati dwar in-nuqqasijiet fl-istabbilimenti tagħhom u jingħataw data speċifika sakemm għandhom jirremedjaw dawn in-nuqqasijiet. Waqt li n-nuqqasijiet jistgħu jkunu varji iżda f’nuqqasijiet serji azzjoni legali oħra tittieħed bħal ma jissemma aktar ‘l isfel. |
| Sitt | operaturi ta’ negozju ta’ l-ikel instabu li kienu qegħdin jiksru l-liġijiet ta’ l-ikel u dawn ser jittellgħu l-qorti. Dawn jinkludu bejjiegħ fis-suq tal-Mosta, tliet operaturi f’tas-Sliema u l-Belt li kisru garanzija skond artiklu 39 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel, operatur ta’ negozju tal-ikel f’Birkirkara li żamm il-post f’kundizzjonijiet mhux iġeniċi kif ukoll operatur ieħor tal-ikel li kien ukoll qed jopera f’kundizzjonijiet mhux iġeniċi u wkoll mingħajr liċenzja u reġistrazzjoni neċessarja. |
| Sbatax-il | garanzija kienu wkoll magħmula matul l-istess perjodu. Garanziji huma ftehim legali kif titlob l-istess liġi bejn l-operaturi ta’ negozju fl-Ikel u l-Awtorità tas-Saħħa fejn it-tnejn jaqblu fuq data li fiha wieħed irid jirremedja n-nuqqasijiet fil-postijiet tal-ikel. Ksur ta’ garanzija tfisser li tittieħed azzjoni bil-qorti kontra l-persuna li tkun iffirmat il-garanzija. In-nuqqasijiet prinċipali jinkludu difetti strutturali, nuqqas t’iġjene, irregolaritajiet fl-ittikkettjar ta’ l-ikel u nuqqas ta’ taħriġ fl-iġjene tal-ikel. |
| F’dan l-istess | perjodu aktar minn 800 kilo ta’ ikel skadut, li nstab ġo store f’Birkirkara, ġie ssiġillat mill-ispettorat tas-saħħa u sussegwentement mormi. Fil-Ħamrun ġew ukoll distrutti madwar 43 kilo ta’ ikel skadut u 4 kilogrammi oħra fil-Mosta. Mingħand manifattur ġo San Gwann ġew ukoll distrutti 185 kilogrammi ta’ pastizzi tal-irkotta kif ukoll għaġina tal-Pizza. |
| Fl-istess | xahar, inħarġu għaxar ordnijiet ta’ kontroll ta’ emerġenza skond artiklu 38 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel. Dawn l-ordnijiet li jistgħu jkunu kemm permanenti kif ukoll temporanji, jingħataw lill-operaturi tan-negozju tal-ikel sabiex titwaqqaf parti mill-proċess ta’ l-ikel. Mill-għaxar ordinijiet t’emerġenza li nħarġu, disgħa nħarġu lil fornituri tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem wara li ttieħdu kampjuni u saret l-analiżi neċessarja dawn instabu li ma jikkonformawx mad-disposizzjonijiet tar-regolamenti ta’ l-2009 dwar Ilma Maħsub għall-konsum mill-bniedem, ordni oħra ta’ kontroll ta’ Emergenza nħarġet lil persuna li nstabet timmanifattura prodotti tal-ikel minn ġo post li ma kellux liċenzja. |
| Inħarġet | ukoll ordni ta’ projbizzjoni ta’ Emerġenza lill-operatur tal-fond 247, Triq tal-Karmnu Birkirkara. Din l-ordni ġiet maħruġa skond l-artiklu 36 tal-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u dan partikolarment meta jkun hemm riskju immedjat għas-saħħa pubblika u għalhekk dan il-post ġie magħluq mill-Awtorità tas-Saħħa. F’dan il-każ din l-ordni ġiet irtirata jumejn wara u dan peress li dan l-operatur neħħa r-riskju imminenti għas-saħħa pubblika billi obda l-istruzzjonijiet mogħtija lilu mill-Awtorità tas-Saħħa. |
Id-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali jieħu din l-opportunità sabiex ifakkar lill-pubbliku li jista’ jikkuntattja lis-Servizzi Spettorat tas-Saħħa bejn is-7.30am u 3.30pm fuq in-numru tat-telefon 21337333, permezz tal-email complaints.ph@gov.mt jew billi jmur personalment fl-uffiċċju li jinsab f’37/39 Rue d’Argens, Msida.
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en