Left arrow Mur Lura

IL-GĦARGĦUR F’ŻEWĠ INIZJATTIVI MARBUTA MAL-AMBJENT

pr1904
Date Icon 03/11/2009
Il-Kunsill Lokali tal-Għargħur illum niedażewġ inizjattivi marbuta mal-ambjent li ġew mgħejjuna minn żewġ skemi għall-Kunsilli Lokali, liema skemi nħolqu mis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni.
Bil-għan li jingħataw dettalji tal-bini u l-istorjamarbuta mar-raħal, il-Kunsill Lokali flimkien mal-organizzazzjoni Din l-Art Ħelwa, ippubblikaw ktieb sabiex jintuża waqt il-mixjiet. F’dan il-ktieb “Ir-Raħal fuq l-Għolja - Erba' mixjiet f'Raħal li Jsaħħrek”, wieħed isib deskrizzjoni kulurita u informattiva dwar erba’ mixjiet li jibdew mill-Pjazza tal-Knisja u jieħdu lill-parteċipant lejn diversi toroq u postijiet storiċi fir-raħal.
Dan il-ktieb inkiteb mis-Sur Julian Bezzinali hu resident Għargħuri u ġie ppubblikat kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. Il-ktieb hu mżewwaq ukoll b'diversi ritratti bil-kulur u saret riċerka intensiva mis-Sur Bezzina speċjalment fuq l-istorja li sawret ir-raħal ta’ Ħal Għargħur matul is-snin.
Il-ktieb jakkumpanja lil min ikun qed jagħmelil-mixja u jipprovdi spjega storika tal-bini, tat-toroq, tal-arkitettura u kif din torbot ma’ żminijiet differenti tal-istorja tar-raħal, li hu wieħed mill-eqdem irħula f’Malta.
Is-Sindku tal-Għargħur, is-Sur Mario Gaucistqarr li “apparti l-aspett edukattiv tal-ktieb, aħna nħossu li dan ser jikkontribwixxi wkoll sabiex jiġbed aktar viżitaturi lejn il-lokalità tagħna, li minkejja m’hix meqjusa bħala lokalità turistika ewlenija, huma ħafna t-turisti li jiġu għal rashom u jieqfu hawn sabiex igawdu l-veduti panoramiċi, peress li r-raħal tagħna hu wieħed mill-għola postijiet f’Malta”.
Il-Kunsill Lokali se jkun qed jorganizzaperjodikament il-mixjiet kulturali filwaqt li ser jieħu ħsieb iqassam kopja ta' dan il-ktieb lill-familji kollha fir-raħal, sabiex jiżdied u jinfirex dejjem aktar l-għarfien fuq l-istorja tiegħu. Dan hu t-tielet ktieb li ppubblika l-Kunsill Lokali.
Is-Segretarju Parlamentarigħall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said faħħar din l-inizjattiva fejn il-Kunsill għaraf jaħdem ma’ entità non-governattiva biex ikabbar l-għarfien tal-villaġġ kemm fost il-Maltin kif ukoll fost il-barranin li jżuru xtutna. Chris Said faħħar ukoll l-inizjattiva marbuta mal-Premju Lokalitajiet Indaf li qed jaħdem għaliha l-Kunsill tal-Għargħur. Huwa stqarr illi hemm bżonn li l-Kunsilli jkomplu jħeġġu lir-residenti f’inizjattivi ambjentali, u infatti, kompla jgħid Chris Said, il-lokalità tal-Għargħur minn dejjem kienet ikklassifikata bħala waħda mil-lokalitajiet l-aktar indaf u dan grazzi għall-ħidma tal-Kunsill u ghall-koperazzjoni tar-residenti.
Bhala parti mill-kampanja mnedijamis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, il-Kunsill Lokali ħa diversi inizjattivi ta' tindif fil-lokalita'. Dawn jinkludu t-tindif li sar fi Triq Għaxqet l-Għajn fejn tneħħew tunnellati ta' terrapien.
Il-Kunsill Lokali issa qed iqassam lil kullfamilja pakkett ta' 10 boroż sabiex fihom ikun jista’ jintefa’ l-iskart isseparat, kif ukoll qed iqassam basket tad-drapp sabiex ikun jista’ jintuża waqt ix-xiri u b'hekk jieħu post il-basktijiet tal-plastik. Apparti l-użu prattiku, kemm tal-boroż kif ukoll tal-basktijiet, il-Kunsill Lokali permezz ta' din l-inizjattiva qed ikompli jwassal messaġġ pożittiv favur l-ambjent.
Waqt li jkun għaddej it-tqassim tal-boroż utal-basktijiet il-Kunsill Lokali ser iqassam ukoll f'kull residenza fuljett informattiv li jagħti tagħrif dwar l-importanza li tinżamm l-indafa fil-lokalita' u dwar is-separazzjoni tal-iskart.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow