IL-GĦARGĦUR F’ŻEWĠ INIZJATTIVI MARBUTA MAL-AMBJENT
pr1904
03/11/2009
| Il-Kunsill Lokali tal-Għargħur illum nieda | żewġ inizjattivi marbuta mal-ambjent li ġew mgħejjuna minn żewġ skemi għall-Kunsilli Lokali, liema skemi nħolqu mis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni. |
| Bil-għan li jingħataw dettalji tal-bini u l-istorja | marbuta mar-raħal, il-Kunsill Lokali flimkien mal-organizzazzjoni Din l-Art Ħelwa, ippubblikaw ktieb sabiex jintuża waqt il-mixjiet. F’dan il-ktieb “Ir-Raħal fuq l-Għolja - Erba' mixjiet f'Raħal li Jsaħħrek”, wieħed isib deskrizzjoni kulurita u informattiva dwar erba’ mixjiet li jibdew mill-Pjazza tal-Knisja u jieħdu lill-parteċipant lejn diversi toroq u postijiet storiċi fir-raħal. |
| Dan il-ktieb inkiteb mis-Sur Julian Bezzina | li hu resident Għargħuri u ġie ppubblikat kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. Il-ktieb hu mżewwaq ukoll b'diversi ritratti bil-kulur u saret riċerka intensiva mis-Sur Bezzina speċjalment fuq l-istorja li sawret ir-raħal ta’ Ħal Għargħur matul is-snin. |
| Il-ktieb jakkumpanja lil min ikun qed jagħmel | il-mixja u jipprovdi spjega storika tal-bini, tat-toroq, tal-arkitettura u kif din torbot ma’ żminijiet differenti tal-istorja tar-raħal, li hu wieħed mill-eqdem irħula f’Malta. |
| Is-Sindku tal-Għargħur, is-Sur Mario Gauci | stqarr li “apparti l-aspett edukattiv tal-ktieb, aħna nħossu li dan ser jikkontribwixxi wkoll sabiex jiġbed aktar viżitaturi lejn il-lokalità tagħna, li minkejja m’hix meqjusa bħala lokalità turistika ewlenija, huma ħafna t-turisti li jiġu għal rashom u jieqfu hawn sabiex igawdu l-veduti panoramiċi, peress li r-raħal tagħna hu wieħed mill-għola postijiet f’Malta”. |
| Il-Kunsill Lokali se jkun qed jorganizza | perjodikament il-mixjiet kulturali filwaqt li ser jieħu ħsieb iqassam kopja ta' dan il-ktieb lill-familji kollha fir-raħal, sabiex jiżdied u jinfirex dejjem aktar l-għarfien fuq l-istorja tiegħu. Dan hu t-tielet ktieb li ppubblika l-Kunsill Lokali. |
| Is-Segretarju Parlamentari | għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said faħħar din l-inizjattiva fejn il-Kunsill għaraf jaħdem ma’ entità non-governattiva biex ikabbar l-għarfien tal-villaġġ kemm fost il-Maltin kif ukoll fost il-barranin li jżuru xtutna. Chris Said faħħar ukoll l-inizjattiva marbuta mal-Premju Lokalitajiet Indaf li qed jaħdem għaliha l-Kunsill tal-Għargħur. Huwa stqarr illi hemm bżonn li l-Kunsilli jkomplu jħeġġu lir-residenti f’inizjattivi ambjentali, u infatti, kompla jgħid Chris Said, il-lokalità tal-Għargħur minn dejjem kienet ikklassifikata bħala waħda mil-lokalitajiet l-aktar indaf u dan grazzi għall-ħidma tal-Kunsill u ghall-koperazzjoni tar-residenti. |
| Bhala parti mill-kampanja mnedija | mis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, il-Kunsill Lokali ħa diversi inizjattivi ta' tindif fil-lokalita'. Dawn jinkludu t-tindif li sar fi Triq Għaxqet l-Għajn fejn tneħħew tunnellati ta' terrapien. |
| Il-Kunsill Lokali issa qed iqassam lil kull | familja pakkett ta' 10 boroż sabiex fihom ikun jista’ jintefa’ l-iskart isseparat, kif ukoll qed iqassam basket tad-drapp sabiex ikun jista’ jintuża waqt ix-xiri u b'hekk jieħu post il-basktijiet tal-plastik. Apparti l-użu prattiku, kemm tal-boroż kif ukoll tal-basktijiet, il-Kunsill Lokali permezz ta' din l-inizjattiva qed ikompli jwassal messaġġ pożittiv favur l-ambjent. |
| Waqt li jkun għaddej it-tqassim tal-boroż u | tal-basktijiet il-Kunsill Lokali ser iqassam ukoll f'kull residenza fuljett informattiv li jagħti tagħrif dwar l-importanza li tinżamm l-indafa fil-lokalita' u dwar is-separazzjoni tal-iskart. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en