Left arrow Mur Lura

288 INTRAPRIŻA JGAWDU MINN 16-IL MILJUN EWRO F’FONDI TAL-UE

pr1903
Date Icon 03/11/2009
Mija tlieta u erbgħin (143) intrapriża oћrase jgawdu minn 8 miljun ewro mill-Fond gћall-Iżvilupp Reġjonali Ewropew, biex b’hekk 288 intrapriża se jkunu gawdew minn dan il-Fond matul din is-sena. Dan ћabbru l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, l-Onor. Tonio Fenech waqt żjara fil-fabbrika ta’ Grixti Mobili Limited, fil-Marsa. Din il-kumpanija li timmanifattura gћamara, tћaddem 17-il impjegat u kienet megћjuna mill-fondi tal-UE biex tinvesti f’makkinarju innovattiv li jsaћћaћ il-kwalità u l-kwantità tal-produzzjoni tagћha.
Tonio Fenech faћћar il-ћidma tal-kumpanijaGrixti Mobili u spjega li din hija eżempju ћaj ta’ kif kumpanija fil-qasam tal-manifattura mhux talli m’gћalqitx il-bibien bis-sћubija fl-Unjoni Ewropea, iżda llum kompliet tikber, tinvesti u tkun innovattiva biex tilqa’ gћall-isfidi tal-kompetizzjoni li joffri s-suq. Issa, grazzi gћall-finanzjament mill-UE ta’ €73,000, wettqet investiment f’makkinarju ġdid ta’ produzzjoni tal-għamara.
Il-Ministru Tonio Fenech qal li “huwainkoraġġanti fid-dawl tal-isforzi tagħna biex insaħħu l-aċċess tan-negozji Maltin lejn swieq internazzjonali, li l-aktar popolari kienu l-iskema tal-e-business u dik tal-kompetittività internazzjonali. Il-fatt li l-maġġoranza assoluta tal-applikanti kienu kumpaniji żgћar juri li anke n-negozjant iż-żgћir qed japprezza l-benefiċċji tal-investiment fl-informatika u tal-opportunitajiet li joffri s-suq barrani speċjalment dak Ewropew, b’popolazzjoni ta’ nofs biljun ruћ. Huwa nnota wkoll li żewġ terzi tal-applikanti fl-iskema “Innovazzjoni” kienu intrapriżi micro, li jħaddmu anqas minn ghaxar ħaddiema.
Il-Ministru Fenech spjega kif dan l-interessikompli jsaћћaћ l-intenzjoni tal-Gvern li fil-budget gћas-sena d-dieћla jkompli jinvesti f’aktar riżorsi, intiżi biex il-Gvern ikompli jgħin lill-intrapriżi lokali biex ikunu innovattivi, iћarsu aktar l-ambjent, jnaqqsu l-ћela u jesploraw l-opportunitajiet tas-suq Ewropew. Din hija ċ-ċavetta biex l-intrapriżi żgћar u medji jkomplu jimirħu, jikbru, joħolqu aktar ġid u impjiegi.
L-Onor. Tonio Fenech fakkar li din il-ћidmahija ћolqa oћra fil-politika ewlenija tal-Gvern, dik li jћares u joћloq il-postijiet tax-xogћol. Huwa nnota kif din il-ћidma qed tћalli l-frott, hekk kif ċifri maħruġa fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet mill-Unjoni Eworpea, juru li għall-ħames xahar konsekuttiv, ir-rata tal-qgħad f’Malta (7.2%) baqgħet stabbli, filwaqt li l-medja tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u taż-żona Ewro (9.6%) komplew jikbru u jiksru l-ogћla livelli gћal ћafna snin.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow