Left arrow Go Back

Tnedija tal-Premju Nazzjonali Ħaddiem tas-Sena 2010

pr1900
Date Icon 03/11/2009
Il-Ministeru għall-PolitikaSoċjali illum nieda l-edizzjoni  tal-Premju Nazzjonali Ħaddiem tas-Sena 2010 waqt business breakfast f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan. Din is-sena l-kumpanija Air Malta qed tisponsorja dan il-premju.
In-nominazzjonijiet għall-Premjujistgħu jsiru minn individwi, ħaddiema u prinċipali, korpi kostitwiti, trade unions, għaqdiet volontarji u minn organizzazzjonijiet mhux governattivi.
Rigward l-esperjenza tagħhabħala rebbieħa tal-edizzjoni tal-Premju 2009, Josephine Mifsud, li taħdem bħala Team Leader fil-Klinika Psikjatrika taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi qalet: “Qatt ma kont nistenna li ningħata dan il-premju. Nittama li d-dedikazzjoni tiegħi lill-pazjenti u lill-klijenti li jagħmlu użu mis-servizzi taċ-ċentru tas-saħħa tista’ sservi ta’ eżempju lil nies oħra, mhux biss fil-qasam tax-xogħol tiegħi, iżda wkoll f’dawk l-oqsma kollha fejn huwa importanti ħafna li l-klijent jingħata importanza xierqa.”
Anthony Tabone, Chairmantal-Kumitat tal-Għażla maħtur mill-Ministru tal-Politika Soċjali għall-edizzjoni tal-Premju 2010, qal li “Il-Premju Nazzjonali Ħaddiem tas-Sena huwa ċelebrazzjoni tal-kontribut siewi li ħaddiema individwali jkunu taw fuq il-post tax-xogħol. Inħeġġeġ lill-ħaddiema kollha biex iżommu għajnejhom miftuħa għal individwi speċjali li jistgħu jservu ta’ mudell għal nies oħra u li d-dedikazzjoni u l-kontribut tagħhom huwa ta’ eżempju tajjeb għall-ħaddiema kollha, u mhux biss għal dawk fil-qasam tax-xogħol tagħhom.” Is-Sur Tabone għamel ukoll appell speċjali lil min jimpjega biex jieħu din l-opportunità biex jagħraf il-merti tal-impjegati tiegħu u biex iħeġġiġhom ikattru l-motivazzjoni tagħhom.
Fid-diskors tiegħu ta’ għeluq,Frans Borg, Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Politika Soċjali stqarr li “dan il-Premju huwa wieħed li l-preġju tiegħu qiegħed jikber ma’ kull edizzjoni li tinżamm. Mhuwiex miftuħ biss għall-impjegati taċ-ċivil iżda għall-ħaddiema kollha. Il-Premju jingħata biss fuq bażi ta’ mertu u jsir kull sforz biex il-Bord ta’ Għażla jieħu d-deċiżjoni tiegħu bi qbil ġenerali fl-aħjar mod possibbli.”

Il-formoli ta’ nominazzjoni jistgħu jinkisbu mill-Ministeru għall-Politika Soċjali waqt il-ħinijiet tax-xogħol (tel: 2590-3122 jew 2590-3416), mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tax-Xogħol, ir-Rabat, Għawdex (tel: 2155-6823 jew 2156-3553) jew mill-uffiċċji tal-Kunsilli Lokali. Il-formoli jinsabu wkoll fuq is-sit elettroniku www.msp.gov.mt.  

F’każ li tkun se tiġi nominata aktar minn persuna waħda, għandha timtela formola għal kull persuna nominata. Il-formoli kompluti u ssiġillati għandhom jitqiegħdu fil-kaxxa allokata apposta fil-Ministeru għall-Politika Soċjali, Palazzo Ferreria, 310 Triq ir-Repubblika, Valletta sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal-15 ta’ Diċembru 2009. Tinħareġ irċevuta għal kull nominazzjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow