STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-AFFARIJIET BARRANIN
pr1898
02/11/2009
| L-Oppożizzjoni Laburista tinjora is-sewwa | magħruf |
| Iktar kmieni din is-sena, l-ġurnal tal-General | Workers Union, l-Orizzont ippubblika sensiela ta’ artikli fejn allega spjunaġġ minn Ives de Barro fi żmien li dan kien impjegat fl-Ambaxxata Maltija fi Tripli kważi 40 sena ilu, cioe fl-1971. |
| Dawn l-artikli wasslu sabiex il-Ministeru | tal-Affarijiet Barranin stess ipprepara rapport dwar dan il-każ. Ir-rapport thejja mis-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Ir-rapport jikkonkludi li f’dan l-istadju u fid-dawl li Ives De Barro m’għadux jagħmel parti mis-servizz pubbliku, m’għandux jirrakkomanda azzjoni oħra fil-konfront tiegħu. |
| Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi poġġa kopja | ta’ dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Parlament wara li wieġeb interpellanza tad-Deputat Laburista Alfred Sant dwar dawn ir-rapporti. Fit-tweġiba tiegħu l-Prim Ministru qal li l-Gvern jaqbel mal-konklużjonijiet u mar-rakkomandazzjonijiet ta’ dan ir-rapport. |
| Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru | tal-Affarijiet Barranin qal li minn informazzjoni maħruġa mill-Uffiċċju tar-Rekords Pubbliċi Ingliż ma rriżultax li Ives De Barro kellu laqgħat regolari u sistematiċi ma’ membri tal-istaff tal-Ambaxxata Ingliża fi Tripli. Għaldaqstant, li wieħed jgħid li De Barro kien qed jispijja għall-Gvern Ingliż mhux korrett. Mhux biss, iżda mill-istess informazzjoni rriżulta li De Barro mal-Uffiċjali Ingliżi aktar kien qed jagħti biss opinjoni personali dwar is-sitwazzjoni kurrenti fir-relazzjonijiet ta’ Malta mal-Ingilterra fid-dawl tar-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-istess Malta u l-Libja. |
| Is-Segretarju Permamenti jsemmi li hi | prattika komuni li membri ta’ Ambaxxati jibdlu bejniethom informazzjoni u ħsibijiet u dak li ssemma fir-rapporti ta’ l-Orizzont fil-konfront ta’ De Barro ma jistax jiġi kkunsidrat bħala sensittiv. |
| Is-Sur Ives de Barro m’għadux impjegat part | time tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Kontra dak li allegat is-Sinjura Helena Dalli, dan il-każ ġie nvestigat bis-serjeta u l-fatti kollha jinsabu fir-rapport impoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. L-istess rapport isemmi li s-Sur de Barro m’għadux jaħdem fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat imissu jaf b’dan u mhux jinjora is-sewwa magħruf. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en