Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-AFFARIJIET BARRANIN

pr1898
Date Icon 02/11/2009
L-Oppożizzjoni Laburista tinjora is-sewwamagħruf
Iktar kmieni din is-sena, l-ġurnal tal-GeneralWorkers Union, l-Orizzont ippubblika sensiela ta’ artikli fejn allega spjunaġġ minn Ives de Barro fi żmien li dan kien impjegat fl-Ambaxxata Maltija fi Tripli kważi 40 sena ilu, cioe fl-1971.
Dawn l-artikli wasslu sabiex il-Ministerutal-Affarijiet Barranin stess ipprepara rapport dwar dan il-każ. Ir-rapport thejja mis-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Ir-rapport jikkonkludi li f’dan l-istadju u fid-dawl li Ives De Barro m’għadux jagħmel parti mis-servizz pubbliku, m’għandux jirrakkomanda azzjoni oħra fil-konfront tiegħu.
Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi poġġa kopjata’ dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Parlament wara li wieġeb interpellanza tad-Deputat Laburista Alfred Sant dwar dawn ir-rapporti. Fit-tweġiba tiegħu l-Prim Ministru qal li l-Gvern jaqbel mal-konklużjonijiet u mar-rakkomandazzjonijiet ta’ dan ir-rapport.
Is-Segretarju Permanenti fil-Ministerutal-Affarijiet Barranin qal li minn informazzjoni maħruġa mill-Uffiċċju tar-Rekords Pubbliċi Ingliż ma rriżultax li Ives De Barro kellu laqgħat regolari u sistematiċi ma’ membri tal-istaff tal-Ambaxxata Ingliża fi Tripli. Għaldaqstant, li wieħed jgħid li De Barro kien qed jispijja għall-Gvern Ingliż mhux korrett. Mhux biss, iżda mill-istess informazzjoni rriżulta li De Barro mal-Uffiċjali Ingliżi aktar kien qed jagħti biss opinjoni personali dwar is-sitwazzjoni kurrenti fir-relazzjonijiet ta’ Malta mal-Ingilterra fid-dawl tar-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-istess Malta u l-Libja.
Is-Segretarju Permamenti jsemmi li hiprattika komuni li membri ta’ Ambaxxati jibdlu bejniethom informazzjoni u ħsibijiet u dak li ssemma fir-rapporti ta’ l-Orizzont fil-konfront ta’ De Barro ma jistax jiġi kkunsidrat bħala sensittiv.
Is-Sur Ives de Barro m’għadux impjegat parttime tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Kontra dak li allegat is-Sinjura Helena Dalli, dan il-każ ġie nvestigat bis-serjeta u l-fatti kollha jinsabu fir-rapport impoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. L-istess rapport isemmi li s-Sur de Barro m’għadux jaħdem fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat imissu jaf b’dan u mhux jinjora is-sewwa magħruf.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow