Left arrow Mur Lura

90 SINDKU FRANĊIŻ F’MALTA

pr1896
Date Icon 02/11/2009
Is-Segretarjat Parlamentari għall-KonsultazzjoniPubblika u Informazzjoni bħalissa qed jospita 90 Sindku minn 69 reġjun fi Franza li qegħdin fuq żjara f’Malta biex jiltaqgħu mal-Kunsilli Lokali u jaraw eżempji ta’ prattiki tajba marbuta ma’ lokalitajiet sostenibbli.
Bħala parti minn din iż-żjara llum ġietorganizzata konferenza għal dawn is-Sindki u għal rappreżentanti tal-Kunsilli Lokali Maltin li fiha ġiet diskussa s-sostenibilità fil-lokalitajiet.
Fid-diskors tal-ftuħ, l-Onor. Chris Said,Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, stqarr li din il-konferenza hija okkażjoni sabiħa għal eżempju ħaj tad-djalogu u l-kollaborazzjoni li rridu li tkompli tinħoloq bejn il-Kunsilli Lokali ta’ pajjiżna u dawk ta’ pajjiżi ġirien – għax minn xulxin għandna biss x’nitgħallmu.
“Sabiexil-Kunsilli Lokali jkollhom rwol mill-iżjed attiv fit-twettiq tal-viżjoni tal-Gvern, nedejna l-kunċett ta’ Lokalitajiet Sostenibbli. Il-Gvern se jkun qed jgħin biex kull Kunsill Lokali jkollu pjan strateġiku sostenibbli għal-lokalità tiegħu, li jinkludi numru ta’ inizjattivi f’diversi oqsma. Biex nagħti eżempju prattiku nista’ nsemmi l-Kunsilli Lokali Għawdxin li fil-kuntest tal-viżjoni tal-Gvern ta’ Eko Għawdex iffirmaw l-Aalborg Charter li tgħin fil-mixja tagħna lejn is-sostenibilità.”
Chris Said kompla jgħid li “okkażjoni bħal dinta’ llum tkompli turi kemm hu importanti li l-Kunsilli Lokali tagħna jkomplu jħarsu ‘l barra minn xtutna, biex dak li ħadem f’postijiet oħra naraw li jaħdem f’pajjiżna wkoll, u biex fejn naraw li dak li għandna huwa uniku, nieħdu ħsiebu. B’dan f’moħħna jeħtieġ inkomplu naħdmu fuq ħbiberiji u ġemellaġġi bejn il-lokalitajiet tagħna u oħrajn Ewropej u naħtfu l-opportunitajiet li relazzjonijiet transkonfini bħal dawn iġibu magħhom.”
Kelliema oħra waqt din il-konferenza nkludewlid-Direttur tal-Gvern Lokali s-Sur Natalino Attard, is-Sur Michael Cohen, il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u Dr Vanni Xuereb, Kap tal-MUESAC. Dr Mark-Anthony Falzon, il-Kap tad-Dipartiment tas-Soċjoloġija fl-Università ta’ Malta tkellem dwar l-identità Maltija u kunċetti kontemporanji ta’ komunitajiet lokali.
Is-Sindki tal-Għarb, Ħad-Dingli, Ħamrun u Mġarrgħamlu preżentazzjoniet tal-inizjattivi li qed jittieħdu fil-lokalitajiet tagħhom fejn jidħol l-aspett ta’ sostenibilità u wħud mis-Sindki Franċiżi qasmu wkoll l-esperjenzi tagħhom.
Bħala parti minn din iż-żjara, id-delegazzjoniFranċiża qiegħda żżur diversi lokalitajiet, fosthom l-Imdina, il-Mellieħa u u Għawdex biex is-Sindki jaraw mill-qrib il-ħidma tal-Kunsilli Lokali Maltin.
Jacques Gilet, il-Kaptad-Delegazzjoni Franċiża stqarr li hu ta’ unur għall-grupp li ġew milqugħa f’Malta biex jaqsmu esperjenzi ta’ prattiki tajba u jitgħallmu mill-Kunsilli Lokali Malti dwar opportunitajiet ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea u dwar is-sostenibilità.
Din iż-żjara kienetpossibbli anke grazzi għall-għajnuna mill-Ambaxxata Maltija fi Franza.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow