Titfakkar waħda mill-agħar traġedji tal-baħar li seħħew qrib Għawdex
pr1893
01/11/2009
| Illum tfakkar il-61 anniversarju ta’ waħda | mill-agħar traġedji tal-baħar li seħħew qrib Għawdex u li wasslet biex 23 persuna tilfu ħajjithom waqt vjaġġ traġiku bejn Malta u Għawdex fit-30 ta’ Ottubru 1948. |
| Din it-traġedja tfakkret b’ċerimonja | kommemorattiva ħdejn il-monument li jfakkar din il-ġrajja fl-inħawi taż-Żewwieqa fl-Imġarr Għawdex. |
| Din id-diżgrazzja, li hija l-ikbar traġedja ta’ | Għawdex wara t-Tieni Gwerra Dinjija, ġrat meta bastiment mgħobbi bil-passiġġieri, fosthom żewġ pulizija u mara, flimkien ma’ żewġ membri ta’ l-ekwipaġġ, kienu telqu mill-Marfa għal Għawdex minkejja l-maltemp u l-baħar qawwi. Minn dak it-traġitt, li ntemm ħesrem qrib il-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien wara li l-luzzu nqaleb bil-mewġ qawwi, kienu biss erba’ passiġġieri li rnexxielhom isalvaw billi għamu sal-kosta. |
| Iċ-ċerimonja, ippreseduta mill-Onor. Giovanna | Debono, Ministru għal Għawdex, bdiet bi tqegħid tal-kuruni mal-monument u kompliet b’quddiesa ċċelebrata mir-Reverendu Arċipriet ta’ Għajnsielem, il-Kan. Frankie Bajada, abbord vapur tal-kumpanija Gozo Channel. |
| Flimkien ma’ personalitajiet distinti kien hemm | ukoll familjari ta’ wħud mill-vittmi, li lkoll tefgħu l-fjuri fil-baħar fil-post fejn seħħet it-traġedja, bħala sinjal ta’ rispett. |
| It-tifkira ta’ din il-ġrajja, tiġi kkommemorata | kull sena bi programm ikkordinat mill-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en