Mixja madwar Għawdex mill-Fondazzjoni Azzjoni għall-Kanċer tas-Sider (ABCF)
pr1892
01/11/2009
| Il-Fondazzjoni Azzjoni għall-Kanċer tas-Sider | (ABCF) dalgħodu organizzat mixja ta’ madwar 20 kilometru madwar Għawdex. Din l-inizjattiva saret bil-għan li tippromwovi l-eżerċizzju fiżiku, stil ta’ ħajja aktar b’saħħitha, kif ukoll aktar għarfien dwar il-kanċer tas-sider. |
| Din il-mixja, li saret minn din il-fondazzjoni | fil-gżira ta’ Għawdex għall-ewwel darba, bdiet mill-Għarb u għaddiet minn Ta’ Pinu, Rabat, Xlendi, Munxar, Xewkija u spiċċat l-Imġarr. |
| L-għanijiet tal-Fondazzjoni Azzjoni għall-Kanċer | tas-Sider, li tnediet f’Mejju ta’ l-2007, huma li fost l-oħrajn torganizza korsijiet dwar għarfien dwar is-sider u l-bżonnijiet tan-nisa b’kanċer tas-sider; li tiġbor fondi biex tixtri makkinarju għall-isptar u biex tikkollabora ma’ organizzazzjonijiet oħra biex tqajjem aktar kuxjenza dwar is-sider. L-ABCF qed taħdem għal servizz ta’ kwalità għad-dijanjosi u trattament tal-kanċer tas-sider, li jinkludi l-iscreening minħabba li dan joffri l-perspettiva li ħafna ħajjiet jiġu salvati għax jaqbdu l-kanċer fi stadji bikrin. |
| Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna | Debono ngħaqdet għal xi ħin mal-parteċipanti waqt din il-mixja, fejn faħħret l-impenn u d-dedikazzjoni ta’ din il-fondazzjoni li kontinwament qed taħdem bla heda biex tkabbar l-għarfien dwar il-kanċer tas-sider |
Stqarrijiet Oħra:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en