IL-PRESIDENT GEORGE ABELA FIT-TIENI LAQGĦA MA’ PERSUNI B’DIŻABILITA’ FIL-PALAZZ IL-BELT
pr1891
31/10/2009
| “Inħeġġixkom sabiex tesprimu | ruħkom u tirċievu l-informazzjoni u l-għodod kollha meħtieġa għalhiex huwa d-dritt tagħkom li tiżviluppaw b’mod sħiħ” – Dan qalu l-President George Abela meta flimkien mas-Sinjura Abela attenda għat-tieni laqgħa mal-persuni b’diżabilita’, laqgħa li għal darb’oħra kienet organizzata bl-għajnuna tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’, fil-Palazz il-Belt. |
| Il-President Abela semgħa lil | Dorianne Callus, persuna nieqsa mis-smiegħ li esprimiet ix-xewqa tagħha li nies bħala ikollhom opportunitajiet bħal ħaddieħor meta jaslu għall-promotion. Marthese Deguara tkellmet fuq kemm l-edukazzjoni għandha rwol determinanti sabiex persuni b’diżabilita’ jkollkom iktar opportunitajiet. Rita u Kevin Vella, koppja żagħżugħa miżżewġa, qasmu mal-oħrajn l-esperjenza tagħhom fil-ħajja miżżewġa u tkellmu dwar kif irnexxielhom ikunu parti mis-soċjeta’ b’mod sħiħ minkejja in-nuqqas ta’ mobilita’. Tessa Anastasi li hija ġenitur tkellmet dwar l-importanza li benefiċċji u servizzi, li s-soċjeta toffri, għandhom jassiguraw kwalita’ ta’ ħajja għolja. |
| Filwaqt li l-President esprima | l-pjaċir tiegħu jiltaqa’ mal-persuni b’diżabilita’, qal li punt ewlieni li ħareġ minn din id-diskussjoni tal-lum huwa li dak li għalkemm qegħdin ngħixu f’socjeta’ dejjem iktar inklussiva għad hemm xi jsir sabiex ħadd ma jkun żvantaggati u l-opportunitajiet ikunu ndaqs ghal kulħadd. Żied jgħid li l-għajnuna li għandha tingħata għandha tkun skond il-bżonn tal-individwu. Il-President George Abela qal ukoll li l-akbar diżabilita’ fis-socjeta ħanina u solidali tagħna huwa meta persuni b’diżabilita’ jitwarrbu minħabba preġudizzjoni, stigma jew nuqqas ta’ edukazzjoni. Ta’ min jinnota li hekk kif kien wiegħed l-President Abela fl-aħħar laqgħa li saret f’Mejju, persuna b’diżabilita’ bdiet taħdem fl-uffiċċju tal-President. L-istess ufficcju għaddej bi proċess sabiex żewġ persuni b’diżabilita’ ikunu ukoll impjegati mill-Malta Community Chest Fund. |
| Din il-laqgħa tal-lum hija | kontinwazzjoni tal-laqgħa li saret f’Mejju u li fiha l-attendenza kellha tkun limitata minħabba l-loġistika. Laqgħa oħra għandha ssir f’Diċembru sabiex b’hekk il-President u s-Sinjura Abela ikunu ltaqgħu ma’ dawk kollha li kienu applikaw f’Mejju li għadda. L-attivita’ tal-lum ma setgħetx tkun possibili mingħajr d-dedikazzjoni ta’ ħafna nies fosthom il-ħaddiema u l-helpers tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni B’Diżabilita’, is-Supretendent tar-Residenza San Vincenz de Paule, Dott. Ronald Fiorentino u x-xufiera tal-vannijiet li għal darb’oħra pprovdew it-trasport tar-residenza għal min kellu bżonn, kif ukoll għall-membri tal-korp tal-Pulizija tal-għassa tal-Belt u s-Supretendent Sandra Mamo li assiguraw il-parkeġġ u iggwidaw lill dawk li attendew il-laqgħa. L-attivita’ ta’ dalgħodu fil-Palazz il-Belt, li huwa aċċessibbli għal persuni b’diżabilita’, bdiet b’guided tours mħejjija apposta bil-għajnuna tal-Heritage Malta, liema għajnuna kienet ukoll apprezzata mill-President George Abela. Wara l-laqgħa, l-President u s-Sinjura Abela tkellmu iktar mill-viċin ma’ dawk preżenti u semgħu l-ideat u l-ħsibijiet tagħhom, anke dawk personali. |
| Preżenti għall-laqgħa kien hemm ukoll s-Sur Joe | Camilleri, Chairman tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en