PRESS RELEASE BY MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, TRANSPORT AND COMMUNICATIONS ATTACHED
pr1889
31/10/2009
L-Oppożizzjoni Laburista hija inkonsistenti
| Il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, Joseph Muscat, tilef | kull sens ta’ serjetà meta dawwar il-pożizzjoni li ħa hu stess fuq il-proġett ta’ l-Għadira ftit tax-xhur ilu. |
| Meta | l-Gvern kien ippropona l-proġett tat-triq ta’ l-Għadira l-PL kien qal li t-triq preżenti ma għandiex tiġi mibdula ma’ rotta oħra għax ma jeżistux provi li t-triq ta’ bħalissa qed tagħmel ħsara lill-bajja. |
| Il-Gvern dan ma sostniehx biss bil-paroli iżda | ikkummissjona studju serju minn espert ta’ fama mondjali f’dan il-qasam, Prof. Kenneth Pye. |
| Il-Professur Pye waqt il-konferenza ta’ | l-aħbarijiet li saret il-bieraħ neħħa kull dubju li t-triq kif inhi preżentament hija ta’ theddida għal din il-bajja tant importanti għall-ambjent u t-turizmu Malti. Iffaċċjat b’dan Joseph Muscat ħareġ jgħid li dan kien kollu ħela ta’ ħin. |
| Fi | istqarijja tal-PL stess, tat-12 ta’ Diċembru li għadda, PL kien wera oppożizzjoni għall-proġett ta’ l-Għadira u staqsa jekk “sarux studji li attwalment jindikaw li il-Bajja tal-Ghadira se ssofri xi telf jekk ma jsir xejn, kif ukoll b'kemm u fuq liema medda ta' zmien se jsir dan, kif wkoll xi studji saru li juru bic-car li l-progett propost attwalment se jwaqqaf dan it-telf”. |
| Ir-rapport ikkummissjonat mill-Gvern ilbieraħ | jikkonkludi definittivament li: |
· It-triq hija ta’ detriment għall-bajja u għas-sand dunes li kienu jezistu hemmhekk;
· Jekk it-triq tibqa, il-bajja ser tkun magħfusa bejn il-livell ta’ l-ilma u l-ħajt tat-triq
· Jekk ineħħu t-triq, il-bajja u s-sand dunes għandhom jerġgħu jibdew il-proċess naturali tagħhom;
· Hemm riskju ta’ flooding il-ġewwa malli nneħħu t-triq;
· Hemm bzonn aktar studji biex wieħed jara kif jindirizza dawn ir-riskji
| Il-professur Pye spjega kif, jekk ma jsir xejn u | t-triq tibqa fejn hi, l-bajja ta’ l-Għadira ser jiġrilha kif ġralhom dawk tax-Xlendi, Marsalforn, Balluta u oħrajn, u titiekel ftit ftit minħabba li t-triq isservi ta’ ostaklu għal-proċess naturali tagħha. |
| Waqt | l-istess konferenza ta’ l-aħbarijiet, il-Ministru Gatt spjega kif l-istudji li fadal isiru ser isiru biex tkun tista tiġi ndirizzata din il-problema. |
| Bl-akbar responsabilità, l-Gvern irid li | l-proġett ma jibqax fil-lista ta’ proġetti finanzjati mill-EU u dan biex ikun jista jsir l-ippjanar mingħajr il-pressjoni ta’ fondi li jistgħu jintilfu jekk il-proġett ma jsirx fil-ħin. B’dan il-mod il-Gvern qed juri li verament għandu għall-qalbu l-ambjent u huwa kommess li ma jħallix ilil-bajja ta’ l-Għadira tinqered. |
| Min-naħa tiegħu il-PL ikompli juri ruħu | indifferent mill-ambjent u nteressat biss fil-gwadan politiku ta’ min kellu raġun jew le. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en