Left arrow Go Back

PRESS RELEASE BY MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, TRANSPORT AND COMMUNICATIONS ATTACHED

pr1889
Date Icon 31/10/2009

L-Oppożizzjoni Laburista hija inkonsistenti

Il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, Joseph Muscat, tilefkull sens ta’ serjetà meta dawwar il-pożizzjoni li ħa hu stess fuq il-proġett ta’ l-Għadira ftit tax-xhur ilu.
Metal-Gvern kien ippropona l-proġett tat-triq ta’ l-Għadira l-PL kien qal li t-triq preżenti ma għandiex tiġi mibdula ma’ rotta oħra għax ma jeżistux provi li t-triq ta’ bħalissa qed tagħmel ħsara lill-bajja.
Il-Gvern dan ma sostniehx biss bil-paroli iżdaikkummissjona studju serju minn espert ta’ fama mondjali f’dan il-qasam, Prof. Kenneth Pye.
Il-Professur Pye waqt il-konferenza ta’l-aħbarijiet li saret il-bieraħ neħħa kull dubju li t-triq kif inhi preżentament hija ta’ theddida għal din il-bajja tant importanti għall-ambjent u t-turizmu Malti. Iffaċċjat b’dan Joseph Muscat ħareġ jgħid li dan kien kollu ħela ta’ ħin.
Fiistqarijja tal-PL stess, tat-12 ta’ Diċembru li għadda, PL kien wera oppożizzjoni għall-proġett ta’ l-Għadira u staqsa jekk “sarux studji li attwalment jindikaw li il-Bajja tal-Ghadira se ssofri xi telf jekk ma jsir xejn, kif ukoll b'kemm u fuq liema medda ta' zmien se jsir dan, kif wkoll xi studji saru li juru bic-car li l-progett propost attwalment se jwaqqaf dan it-telf”.
Ir-rapport ikkummissjonat mill-Gvern ilbieraħjikkonkludi definittivament li:

·         It-triq hija ta’ detriment għall-bajja u għas-sand dunes li kienu jezistu hemmhekk;

·         Jekk it-triq tibqa, il-bajja ser tkun magħfusa bejn il-livell ta’ l-ilma u l-ħajt tat-triq

·        Jekk ineħħu t-triq, il-bajja u s-sand dunes għandhom jerġgħu jibdew il-proċess           naturali tagħhom;

·         Hemm riskju ta’ flooding il-ġewwa malli nneħħu t-triq;

·         Hemm bzonn aktar studji biex wieħed jara kif jindirizza dawn ir-riskji

Il-professur Pye spjega kif, jekk ma jsir xejn ut-triq tibqa fejn hi, l-bajja ta’ l-Għadira ser jiġrilha kif ġralhom dawk tax-Xlendi, Marsalforn, Balluta u oħrajn, u titiekel ftit ftit minħabba li t-triq isservi ta’ ostaklu għal-proċess naturali tagħha.
Waqtl-istess konferenza ta’ l-aħbarijiet, il-Ministru Gatt spjega kif l-istudji li fadal isiru ser isiru biex tkun tista tiġi ndirizzata din il-problema.
Bl-akbar responsabilità, l-Gvern irid lil-proġett ma jibqax fil-lista ta’ proġetti finanzjati mill-EU u dan biex ikun jista jsir l-ippjanar mingħajr il-pressjoni ta’ fondi li jistgħu jintilfu jekk il-proġett ma jsirx fil-ħin. B’dan il-mod il-Gvern qed juri li verament għandu għall-qalbu l-ambjent u huwa kommess li ma jħallix ilil-bajja ta’ l-Għadira tinqered.
Min-naħa tiegħu il-PL ikompli juri ruħuindifferent mill-ambjent u nteressat biss fil-gwadan politiku ta’ min kellu raġun jew le.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow