Left arrow Go Back

IL-KUNSILL LOKALI TA’ SAN LAWRENZ JIĊĊELEBRA S-SENA EWROPEA TAL-KREATTIVITÀ U INNOVAZZJONI

pr1887
Date Icon 30/10/2009
Il-Kunsill Lokali ta’ SanLawrwenz  permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea u ghajnuna mill-Ministeru ghal Ghawdex u mis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, qed jiċċelebra s-Sena Ewropea għall-Kreattività u l-Innovazzjoni permezz ta’ konferenza u festival fi tmiem din il-ġimgħa.
Għal din l-okkażjoni il-KunsillLokali stieden madwar mitt persuna mill-Italja u Franza biex jieħdu sehem fil-konferenza nternazzjonali li saret dalgħodu fil-lukanda Kempinski f’San Lawrenz, li ttrattat l-innovazzjoni u tradizzjoni. Waqt din il-konferenza saru nterventi mill-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono, is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said, is-Sindku ta’ San Lawrenz u membru titulari fil-Kumitat tar-Reġjuni Noel Formosa, kif ukoll rappreżentanti mill-Veneto, il-Gżira ta’ Elba u Franza. Ilkoll kemm huma tkellmu dwar l-importanza li l-identita’ Ewropea twassal sabiex inkunu aktar innovattivi u kreattivi.
Fl-indirzz  tal-ftuħ is-Segretarju ParlamentariChris Said stqarr li l-globalizzazzjoni ekonomika biddlet l-ordni ekonomika tad-dinja. Ġabet magħha sfidi u opportunitajiet.  ”Illum qed nirrealizzaw li pajjiżna ma jistax jikkompeti aktar f’dan l-ambjent ġdid jekk ma jsirx iżjed innovattiv. Biex jagħmel dan se jkollu wkoll idur fuq it-68 Kunsill Lokali tiegħu biex flimkien jiġbdu ħabel wieħed.”
“Fejn jidħlu proġetti innovattivi ta’ individwi,organizzazzjonijiet u Kunsilli Lokali, il-Gvern mhux biss qed ikun ta’ spalla għalihom iżda qed ikun tagħhom alleat. Għax l-isfida biex insiru iżjed innovattivi hija wkoll l-isfida tal-Gvern. Għal din ir-raġuni qed ngħinu b’kull mod biex inkunu fl-aqwa pożizzjoni biex jiġu akkwistati fondi minn barra għal proġetti innovattivi f’Malta. U dawk li qed jakkwistaw dawn il-fondi iżda, li xorta jkollhom joħorġu parti żgħira minn buthom, qed nassistuhom biex il-piż fuqhom ikun l-eħfef possibbli”, qal Chris Said.
L-Onor. Giovanna Debono, Aġent Prim Ministru uMinistru għal Għawdex għamlet l-indirizz tagħha fl-għeluq ta’ din il-konferenza. Hija faħħret l-inizjattiva meħuda mill-Kunsill Lokali ta’ San Lawrenz, li wasslet biex il-gżira ta’ Għawdex tikkontribwixxi permezz tad-diskussjoni u l-prattika fis-sena ddedikata lill-Kreattività u l-Innovazzjoni. Hija semmiet kif Għawdex huwa xhieda ta’ tradizzjoni innovattiva f’numru ta’ aspetti speċjalment f’dak li hu l-ambjent rurali u karatteristiku ta’ Għawdex, kif ukoll fl-inizjattivi fis-settur turistiku.  Hija semmiet kif l-akkomodazzjoni turistika offruta fil-qasam tal-farmhouses huwa eżempju ċar fejn Għawdex jindirizza l-iżvilupp b’mod sostenibbli filwaqt li ddiversifika l-prodott turistiku b’mod innovattiv li ġie addattat għall-ambjent tal-gżira. Il-Ministru semmiet kif l-iżvilupp sostenibbli huwa l-isfida li għandu quddiemu l-Ministeru għal Għawdex fl-implimentazzjoni tal-viżjoni Eko-Għawdex li mistennija tiġi mħabbra fi żmien qasir.
Bħala parti minn diniċ-ċelebrazzjoni, is-Sibt 31 ta’ Ottubru matul il-ġurnata fil-bajja tad-Dwejra ser isiru tours ambjentali, u filgħaxija, fil-pjazza Ewlenija ta’ San Lawrenz ser jiġu esebiti wirijiet ta’ kif Malta qed tkun innovattiva f’diversi oqsma u wkoll dwar dawk it-tradizzjonijiet li qed iwasslu sabiex il-gżira ta’ Għawdex tkun innovattiva u kompetitiva fir-realta’ li qed ngħixu fiha llum.
Din iċ-ċelebrazzjoni tagħlaqb’kunċert kbir b’l-isem “d—link” tad-duo Chasing Pandora flimkien mal-band tagħhom. Il-kunċert ser jibda fid-9.30pm b’diski tipiċi Maltin li b’mod innovattiv qed issir rappreżentazzjoni moderna tagħhom mill-kantanta Ruth Casangena u miż-żeffiena tagħha.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow