Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT GEORGE ABELA JŻUR L-AIR MALTA

pr1885
Date Icon 30/10/2009
“L-Air Malta kienet waħda mill-ewwel kumpanijif’pajjiżna li mexxiet ‘il quddiem l-kunċett ta’ Responsabilità Soċjali ta’ l-Intrapriża. Ta’ kull sena l-Air Malta tikkontribwixxi aktar minn kwart ta’ miljun ewro lis-soċjetà Maltija permezz ta’ għajnuna lil diversi għaqdiet f’oqsma differenti fil-qasam kulturali, soċjali, filantropiku, mediku, ambjentali, umanitarju u sportiv Malti.”
Hekk esprimal-President George Abela waqt iż-żjara li għamel lil Kumpanija Air Malta. Mal-wasla tiegħu l-President Abela intlaqa’ miċ-CEO Joseph Cappelli u miċ-Chairman Lawrence Zammit. Jakkumpanja l-President fuq din iż-żjara kien hemm wkoll is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi l-Onor. Jason Azzopardi.
Is-Sur Zammitspjega kif matul il-35 sena li ilha mwaqqfa, l-Air Malta kienet strumentali fl-iżvilupp ta’ l-industrija tat-turiżmu Maltija. Mhux biss irnexxiela tikkompeti b’suċċess ma’ diversi linji ta’ l-ajru kbar imma għarfet toħloq bilanċ ġust sabiex tkun ta’ għajnuna u turi l-impenn soċjali lejn il-poplu Malti.
Dan l-impennurietu ma’ diversi organizzazzjonijiet Maltin fosthom id-Dar tal-Providenza, l-Caritas, il-Fondazzjoni Patrimonju Malti, l-Hospice Movement, il-Breast Care Support Group, l-Inspire u l-Malta Olympic Committee, fost oħrajn.
L-Air Malta hijal-unika linja ta’ l-ajru li tgħin pazjenti li jkollhom bżonn isiefru għal trattamenti barra minn Malta billi toffrilhom u lill-familjari tagħhom rati speċjali.  L-Air Malta twiegħed li ser tkompli taħdem u turi l-impenn tagħha favur il-poplu Malti billi tassisti organizzazzjonijiet bħall-Malta Community Chest Fund li tabilħaqq jgħinu lis-soċjetà Maltija.
“Ser inkomplunaħdmu mal-Community Chest Fund u l-Uffiċċju tal-President u fil-ġimgħat li ġejjin din l-għajnuna ser tissaħħaħ permezz ta’ ftehim ta’ koperazzjoni bejn il-żewġ naħat.” temm jgħid is-Sur Lawrence Zammit.
Is-SegretarjuParlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi Dr. Jason Azzopardi qal li l-Air Malta hija ass strateġiku mportanti għall-iżvilupp ta’ l-ekonomija Maltija. Hija strumentali kemm għall-industrija tat-turiżmu kif ukoll għall-industrija tal-manifattura lokali li permezz ta’ l-Air Malta, għandha firxa wiegħsa ta’ distribuzzjoni f’diversi pajjiżi u għalhekk hija pedina mportanti fil-viżjoni tal-Gvern li sas-sena 2015, pajjiżna jeċċella f’sitt oqsma fosthom fl-IT, servizzi finanzjarji, turiżmu, edukazzjoni għolja, saħħa u l-industrija tal-manifattura.
L-Air Malta llumqiegħda tinvesti bil-għaqal u tisfrutta l-opportunitajiet li s-sħubija fl-Unjoni Ewropea ġabet magħha. Illum il-kumpanija nazzjonali ta’ l-ajru qiegħda f’pożizzjoni ħafna aħjar u tħares b’ottimiżmu  ‘l quddiem.
Il-PresidentGeorge Abela irringrazzja lil dawk kollha li taw kontribut f’dawn l-aħħar 35 sena biex din il-linja ta’ l-ajru hi kif inhi illum. Esprima kif din il-linja ta’ l-ajru kellha sehem strumentali fl-iżvilupp economiku u soċjali ta’ pajjiżna.
Għalkemm l-Air Malta investiet miljuni kbarmatul is-snin fosthom bi flotta ġdida ta’ ajruplani, l-akbar investiment tagħha għamlitu fl-impjegati. L-impjegati tal-kumpanija minn dejjem kienu u jibqgħu simbolu ta’ l-identità nazzjonali Maltija.
Ghalkemm l-Air Malta ħabbtet wiċċha ma’ sfidikbar f’dawn l-aħħar 35 sena hi kienet minn ta’ quddiem biex tiġġedded u taddatta ruħha għat-tibdil fl-ambjent kummerċjali u kompetittiv tal-lum.
L-Air Malta kienet waħda mill-ewwel kumpanijif’pajjiżna li mexxiet ‘il quddiem l-kunċett ta’ Responsabilità Soċjali ta’ l-Intrapriza.
Ta’ kull senal-Air Malta tikkontribwixxi aktar minn kwart ta’ miljun ewro lis-socjetà Maltija permezz ta’ għajnuna lil diversi għaqdiet f’oqsma differenti fil-qasam kulturali, soċjali, filantropiku, mediku, ambjentali, umanitarju u sportiv Malti.
“Nirringrazzja l-Air Malta u l-impjegati tagħhali ser jgħinu fil-kampanja ta’ l-Istrina ta’ dan il-Milied. Fil-fatt minn nhar il-Ħadd li ġej, matul ix-xhur ta’ Novembru u Diċembru, l-cabin crew ta’ l-Air Malta ser jilqgħu donazzjonijiet mill-passiġġieri ta’ l-Air Malta abbord it-titjiriet tal-kumpanija. Din ser tkun l-ewwel darba li l-kampanija ta’ l-Istrina ser tiġi estiża wkoll għal fuq l-ajruplani ta’ l-Air Malta.”
“Nirringrazzja l-kumpanija nazzjonali ta’ l-ajruli għenet, qed tgħin u tat l-impenn tagħha li ser tkompli tgħin lil Malta Community Chest Fund biex niffaċilitaw u ngħinu dejjem aktar lil persuni, u l-familjari tagħhom, li jkollhom bżonn isiefru għall-kura barra minn xtutna,” temm jgħid il-President Abela.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow