IT-TIFKIRA TAL-GĦARQA TAT-30 TA’ OTTUBRU 1948
pr1884
30/10/2009
| Il-Ministeru għal Għawdex, permezz ta’ | koordinazzjoni mill-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali, se jfakkar il-vittmi ta’ l-għarqa tat-30 ta’ Ottubru 1948, b’ċerimonja li se ssir nhar il-Ħadd, l-1 ta’ Novembru 2009 fiż-Żewwieqa fl-Imġarr Għawdex. |
| Il-programm taċ-ċerimonja, li se tkun | ippreseduta mill-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, se jkun dan li ġej: |
10.45 a.m. Wasla ta’ l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex fejn il-Monument ta’ l-
Għarqa fiż-Żewwieqa l-Imġarr.
Tqegħid tal-bukketti tal-fjuri.
11.00 a.m. Quddiesa fuq vapur tal-Gozo Channel fil-Port ta’ l-Imġarr b’suffraġju tal-vittmi, iċċelebrata mir-Rev. Arċipriet ta’ Għajnsielem, Kan. Frankie Bajada.
11.45 a.m. Talba b’suffraġju tal-vittmi ta’ din it-traġedja u tfigħ ta’ fjura kommemorattiva fil-baħar,
fil-post fejn seħħet it-traġedja.
12.00 p.m. Il-vapur jasal lura fil-Port ta’ l-Imġarr.
Stqarrijiet Oħra:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en