JUM IT-TIFKIRA F’GĦAWDEX
Il-Ministeru għal Għawdex, permezz ta’ koordinazzjoni mill-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali, se jfakkar il-vittmi taż-żewġ gwerer dinjija b’ċerimonja għal Jum it-Tifkira. Din iċ-ċerimonja se ssir nhar il-Ħadd 8 ta’ Novembru 2009, fi Pjazza Indipendenza fir-Rabat, bil-programm ikun kif ġej:
10.30 a.m. Il-Gwardja ta’ l-Unur tieħu postha fi Pjazza Indipendenza.
10.40 a.m. Il-wasla ta’ l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex
Qari ta’ Poeżija
Vittmi tal-Gwerer Għawdxin – Diskors kommemorattiv minn Charles Bezzina
Qari ta’ siltiet mill-Bibbja
Talb għall-vittmi
11.00 a.m. Jindaqq il-Last Post
Tinżamm Minuta Silenzju
Jindaqq ir-Reveille
Tqegħid ta’ kuruni quddiem il-monument tal-gwerra
Jindaqq l-Innu Malti
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en