IL-JUNCTION TAL-KAPPARA MINFLOK IT-TRIQ TA’ L-GĦADIRA BIEX MA JINTILFUX FONDI EWROPEJ
Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, l-Onor. Austin Gatt jindirizza konferenza stampa.
Ftit tax-xhur ilu tħabbar li wieħed mill-proġetti li għażel il-Gvern biex jiġu ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea kien it-triq ta’ l-Għadira, medda ta’ art importanti turistikament minħabba l-bajja u mportanti prattikament minħabba li twassal san-naħa ta’ fuq ta’ Malta, fejn hemm iċ-Ċirkewwa. Konna għedna li:
o Kien jehtieg li ma niskartawx il-fatt illi t-triq kif mibnija kienet qed tipperikola l-bajja u li seta’ jigri bħal ma ġara fil-Balluta, f’Birzebbugia u fix-Xlendi;
o Li għalhekk kellna nezaminaw ukoll rotot alternattivi;
o Li kellna nieħdu deċizjoni, kemm għaliex kellna “funding period” tal-UE li kellna x’nikkunsidraw u kemm għaliex konna sejrin naqilgħu it-triq li twassal mit-Torri l-Aħmar saċ-Ċirkewwa, kif ukoll it-Telgħa ta’ Pennellu.
Il-Ministeru kien għamilha ċara mill-ewwel li mhux bilfors naqilgħu t-triq li hemm, fil-fatt l-Awtorita’ dwar it-Trasport (ADT) issottomettiet 4 proposti.
Sfortunatament il-MEPA għada sal-lum ma’ tatniex t-terms of reference tal-Environmental Impact Assessment (EIA). Iddeċidejna li nikkummisjonaw l-istudju aħna stess.
Il-konkluzjonijiet tar-rapport
• It-triq hija ta’ detriment għall-bajja u għas-sand dunes li kienu jezistu hemmhekk;
• Jekk it-triq tibqa’, il-bajja ser tkun magħfusa bejn il-livell ta’ l-ilma u l-ħajt tat-triq;
• Jekk ineħħu t-triq, il-bajja u s-sand dunes għandhom jerġgħu jibdew il-proċess naturali tagħhom;
• Hemm riskju ta’ flooding ‘l ġewwa malli nneħħu t-triq;
• Hemm bzonn aktar studji biex wieħed jara kif jindirizza dawn ir-riskji.
Ir-rapport ta’ Profs. Kenneth Pye huwa inizjattiva li ridna nieħdu indipendentement mill-EIA li għadu qed jiġi diskuss mal-MEPA. Jidhrilna li l-bajja ta’ l-Għadira hija mporanti wisq għat-turizmu u għal Malta, biex wieħed jabbanduna l-proġett għax hemm oppozizzjoni għalih.
Ir-rizultati jikkonfermaw li kellna raġun, li t-triq bħalissa hija fil-fatt problema. Irrid ngħid li t-tezi li fuqha tlaqna fuq dan il-proġett, li t-triq hija theddida għall-bajja, kienet ilha diskussa f’Malta mit-tmeninijiet. Imma naħseb li huwa aktar faċli li wieħed jingħaqad ma’ kor ta’ disapprovazjoni milli jfittex ftit fl-arkivji. Fil-fatt, sibna erba’ rapporti: wieħed ta’ l-1983, ieħor ta’ l-1988, ieħor ta’ l-1989, u rapport ieħor ta’ l-1990, li lkoll jitkellmu dwar din il-kwistjoni.
Dawn ir-rapporti, u issa b’dan l-istudji ta’ Prof. Kenneth Pye neħħejna kull dubju li hemm bzonn li nagħmlu xi ħaġa, biex il-bajja tiġi protetta milli tittiekel aktar fis-snin li ġejjin.
X’ser nagħmlu minn hawn.
Il-Gvern kommess li jindirrizza din il-problema għax jidhrilna li hemm raġunijiet ambjentali kif ukoll ta’ prattiċita’, fosthom għas-settur turistiku, li jimmeritaw li nieħdu azzjoni. Huwa għalhekk li hu mportanti li l-MEPA ma ddumx aktar biex taghtina t-terms of reference tal-EIA, biex naraw liema hi l-aħjar soluzzjoni fit-tul.
Peress li hemm bżonn studji ftit fit-tul, u peress li l-programm ta’ fondi ta’ l-UE jesiġi li l-flus fuq il-proġett jintefqu f’perjodu speċifiku, jezisti riskju li jintilfu l-fondi jekk ma’ jkunux intefqu fil-ħin. B’hekk, il-proġett ta’ l-Għadira jkun jista’ jkompli fil-fazi ta’ ppjanar u studji ambjentali, mingħajr il-pressjoni li jekk ma jitlestiex fil-ħin, nitilfu l-fondi. Naturalment, meta jitlestew l-istudji, it-triq ikollha tiġi ffinanzjata minn fondi Nazzjonali u mhux dawk Ewropej.
Minflok il-proġett ta’ l-Għadira, ser jiżdied mal-lista ta’ proġetti finanzjati mill-UE il-bini mill-ġdid tat-triq tal-Kappara. Dan il-proġett jinkludi il-bini ta’ fly-over fuq ir-round about tal-Kappara, titjieb strutturali fl-interchange u tiswijiet fil-bridge Guze Ellul Mercer u bini ta’ underpass biex jaqsmu n-nies. Il-proġett tal-Kappara diġa’ kien ikkunsidrat fil-passat u nfatti kien hemm permessi tal-MEPA diġa maħruġa għalkemm issa trid issir applikazzjoni mill-ġdid. Il-proġett tal-Kappara mistenni jqum madwar €25 miljun.
B’hekk il-lista tal-proġetti tat-toroq finanzjati mill-UE issa jinkludu:
• l-Bypass ta’ Marsaskala li bdejna din is-sena u nistennew li titlesta qabel nofs is-sena li ġejja;
• Valletta Road Zurrieq li mistennija tkun inbdiet sa l-aħħar tas-sena;imbagħad hemm lista ta’ proġetti li t-tenders tagħhom ġew ippubblikati diġa’ u li huma:
• Council of Europe Avenue u Vjal Garibaldi f’Ħal Luqa,
• Triq Diċembru 13 fil-Marsa u t-triq tas-Sea Passenger Terminal,
• rikostruzzjoni ta’ Triq il-Marfa, l-Mellieħa u • bini mill-ġdid tat-triq li mill-Heliport Għawdex tagħti għar-Rabat.
Wara dan is-sett ta’ proġetti jkun imiss li fl-2011 nagħmlu l-proġett tal-Kappara kif ukoll dak tal-Coast Road tas-Salina.
Stqarrijiet Oħra:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en