ĦRUĠ TA’ STOCKS TAL-GVERN
L-‘Accountant General’ iħabbar il-ħruġ ta’ €80,000,000 ‘Stocks’ tal-Gvern suġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar b’massimu ta’ €20,000,000 nhar it-Tnejn 9 ta’ Novembru, 2009 kif ġej:-
| (i) | 3.6% Stock tal-Gvern ta' Malta 2013 (IV) Fungibility Issue, u |
| (ii) | 4.6% Stock tal-Gvern ta' Malta 2020 (II), u |
| (iii) | Stock tal-Gvern ta’ Malta 2015 (V) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja marbuta mal-Euribor tas-sitt xhur, jew |
| (iv) | f’ammontimit-tliet Stocks b’valur nominali flimkien ta’ Euro 80,000,000. |
Il-prezz taż-żewġ Stocks imsemmija f’(i) u (ii) għandu jiġi stabbilit il-Ħamis, 5 ta’ Novembru, 2009. Il-prezz jiġi mħabbar lill-Borża ta’ Malta u ppubblikat fil-ġurnali ta’ kuljum u permezz ta’ Press Release maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI).
Din il-ħarġa tagħlaq kif ġej, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-‘Accountant General’ :
(i) fil-5.00pm l-Erbgħa 11 ta’ Novembru, 2009 għall-applikazzjonijiet minn xi applikant wieħed u/jew applikanti flimkien li ma jeċċedux €100,000 kull persuna, u
(ii) nofsinhar il-Ġimgħa 13 ta’ Novembru, 2009 għall-applikazzjonijiet li jkunu magħmulin f’offerti b’irkant. L-ammonti ta’ kull Stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkanti, jiġu immedjatament mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti b’irkant.
Il-formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta’ Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment. Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq il-website tat-Teżor.
Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fil-prospetti rispettivi tagħhom kif ukoll fuq il-website tat-Teżor (www.treasury.gov.mt)
Stqarrijiet Oħra:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en