Left arrow Go Back

SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA’ PROGRAMMI FUQ EDUCATION 22

pr1878
Date Icon 30/10/2009

Din li ġejja hija sejħa għall-proposti kif maħruġa mill-Bord tat-Tmexxija ta’ Education 22.

Sejħa għall-proposti ta’ programmi fuq Education22

Skeda Jannar -  Mejju 2010 

Il-Board Tat-Tmexxija ta’  Education 22 jilqa’ proposti għall-sensiela ta’ sbatax il-lezzjoni ta’ tagħlim dirett bejn Jannar u Mejju 2010 f’dawn l-oqsma: 

1.      Programmi ta’ nofs siegha, reviżjoni għall-eżamijiet tas-SEC fil-matematika, xjenza u lingwi.

L-għantal-programm hu li l-istudent/a jkun  jista’ jimxu pass pass biex jirrevedi
Udjenza:studenti li ser jersqu għall-eżamijiet tas-SEC fis-sena 2010.
Deskrizzjoni fil-qosor:reviżjoni ta’ kunċetti b’mod pjaċevoli u ċar u

b’eżempji li jsostnu l-kunċett. .

2.      Produzzjoni ta’ programmi ta’ tlett kwarti kuljum b’tema midd idejk.

L-għantal-programm hu li nressqu lil kull min hu nteressat lejn tagħlim li jgħinu/a jmidd idejh fil-bżonnijiet tal-ħajja ta’ kuljum. Il-programm għandu jagħti sodisfazzjon lil min jipprova.
Udjenza:kulħadd
Deskrizzjoni fil-qosor:Permezz ta’ filmati nimxu pass pass lejn kif wieħed jieħu ħsieb, isewwi, juża eċċ dawk l-affarijiet ta’ bżonn.
3.   Education 22 interessatukoll fi proposti għall-programmi relatati ma Edukazzjoni, Kultura, żagħażagħ u Sports specjalment jekk dawn il-programmi jiffinanzjaw lilhom infushom.  .

L-aspett finanzjarju

Kull proposta għall-programm  trid tinkludi l-aspettfinanzjarju.
Użu ta’ ‘studio’ u l-ħlas tal-għalliema magħandux ikun inkluż għax dawn ikunu provduti minn E22.

L-Għażla

Il-proposti kollha jiġu kkonsidrati mill-Kumitat tat-tmexxija iggwidat mill-kriterji hawn taħt imsemmija:

  • Ir-relevanza tal-proposta mressqa għall-viżjoni ta’ l-Istazzjon
  • Il-kwalità, oriġinalità u kreatività tal-proposta
  • Il-valur edukattiv tal-proposta
  • Il-mod tekniku u estetiku ta’ kif ser jiġi ppreżentat il-programm
  • Garanzija li f’dak li qed jiġi propost ma hemm l-ebda sterjotipi ta’  ġens, sess, razza jew età
  • Il-Malti miktub fl-iscript  hu mħaddem u użat b’ċerta ħila.

Il-Proposti għandhom jaslu għand:-

Il-Kap,Education 22, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR1716,
samhux aktar tard minn nhar l-Erbgħa, 11 ta’ Novembru 2009 f’nofs inhar.
Il-Kumitat tat-Tmexxija jirriserva d-dritt lijirrifjuta anke l-aktar proposta vantaġġjuża.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow