Left arrow Go Back

Il-Festival tal-Korijiet għandu jkun simbolu tal-Paċi

pr1875
Date Icon 30/10/2009
Fil-bitħa tal-Palazz il-belt Valletta, l-bieraħfilgħaxija ingħata bidu ghal edizzjoni oħra tal-Festival Internazzjonali tal-Korijiet li se jsir fi tmiem din il-ġimgħa.
F’kelmtejn qosra, l-Ministru tal-Edukazzjoni,Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina sellmet u tat merħba lill-koristi kollha preżenti u sejjħitilhom ambaxxaturi tal-paċi. Il-Ministru fissret kif tul l-istorja tiegħu pajjiżna għadda minn diversi ħakmiet li kollha ħallew il-marka tagħhom fuq il-pajjiż u l-poplu Malti. Kien hemm żminijiet diffiċli u batejna anke gwerer bla ma kien tort tagħna.
Il-lum f’diversi nħawi fid-dinja qed ikunumiġġielda numru ta’ gwerer li magħhom iġibu qerda u tbatija għal ħafna popli.  Iżda l-popli mhux dan għandhom bżonn.  Għandhom bżonn l-armonija u l-paċi. Paċi li tiġi mill-kollaborazzjoni bejn il-popli.
Il-Ministru Cristina tkellmet ukoll dwarir-rabta intima li hemm bejn l-edukazzjoni u l-kultura.  Sostniet li anke l-kant hu talent li għandu jkun kultivat anke fit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna, għax jgħinhom jiżviluppaw il-karattru sħiħ tagħhom. Il-kant huwa wkoll it-tħaddim fil-prattika tal-liberta’ tal-espressjoni għax permezz tiegħu wieħed jista’ jesprimi it-tbatija, il-weġgħat u anke l-ferħ tiegħu.  Il-bniedem ma jkunx bniedem sħiħ jekk ma jkollux il-liberta’ ta’ l-espressjoni.
Manifestazzjonijiet bħal ma hu l-Festivaltal-Korijiet iġib flimkien koristi minn diversi pajjiżi biex jikkollaboraw, jikkompetu u jiddevertu lin-nies. Għalhekk dan il-Festival hu fih innifsu simbolu tal-paċi u allura jinħtieġ li nkomplu nkabbruh u nsebbħuh biex ikun mezz fejn aktar nies, minn aktar pajjiżi, jingħaqdu flimkien fi spirtu ta’ paċi u ħbiberija.
Il-Ministru Cristina temmet id-diskors tagħhabilli awgurat lill-pubbliku biex jiddeverti permezz ta’ dan il-Festival tal-Korijiet li se jduru wkoll diversi knejjes fil-gzejjer Maltin, sabiex bil-kant tagħhom iferrħu lin-nies.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow