Left arrow Mur Lura

DĦUL FIS-SEĦĦ TA’ REGOLAMENTI TA’ L-2009 RIGWARD L-UŻU TA’ FOTOGRAFIJI TAL-KULUR JEW STAMPI OĦRA BĦALA AVVIŻI DWAR IS-SAĦĦA FUQ PAKKETTI TAT-TABAKK

pr1873
Date Icon 29/10/2009
Id-Dipartimentgħal Saħħa Ambjentali fi ħdan id-Diviżjoni Regolazzjoni Saħħa Pubblika tavża lill-manifatturi, importaturi, bejjiegħa bl-ingrossa ta’ sigaretti u prodotti oħra tat-tabakk li r-regolamenti msemmija hawn taħt ġew ippublikati fis-27 t’Ottubru, 2009:
-  Regolamenti ta’ l-2009 dwar l-Użu ta’Fotografiji tal-Kulur jew Stampi Oħra bħala Avviżi dwar is-Saħħa fuq Pakketti tat-Tabakk. – Avviż Legali 302 ta’ 2009.
Skond Regolament4 (2), l-istampi li għandhom jiġu użati għas-sigaretti u prodotti tat-tabakk li jkunu mqiegħda fis-suq, huma dawk li jidhru fi skeda II ta’ dawn ir-regolamenti u dawn iridu jkunu kombinati mal-avviżi addizzjonali skond l-iskeda fir-Regolament 4(3) ta’ l-Avviż Legali 202 ta’ l-2004 - (Regolamenti ta’ l-2004 dwar Tqegħid ta’ Tikketti fuq Prodotti tat-Tabakk) fil-format skond skeda I tar-Regolamenti 2009 rigward l-Użu ta’ Fotografiji tal-Kulur jew stampi oħra bħala avviżi dwar is-Saħħa fuq Pakketti tat-Tabakk – Avviż Legali 302 ta’ l-2009.  L-avviżi kombinati għandhom jinbidlu mill-inqas darba fis-sena sabiex jiġi garantit li l-avviżi addizzjonali kollha jidhru regolarment.
Għaldaqstant,billi dawn ir-Regolamenti ġew ippublikati fis-27 t’Ottubru, 2009, pakketti tas-sigaretti mpoġġija fis-suq għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament fi żmien tmintax-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni jiġifieri 27t’April, 2011, filwaqt li l-prodotti tat-tabakk mpoġġija fis-suq għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament fi żmien 24 xahar mill-istess data jiġifieri fis-27 t’Ottubru, 2011.
Fil-każ ta’ xidiffikultà, wieħed jista’ jikkuntattja lid-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali fuq in-numru tat-telefon 21337333 jew 21324093 bejn it-8.00am u 3.00pm.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow