Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU DOLORES CRISTINA ŻŻUR XOGĦOL TA’ RESTAWR FIL-FORTI MANOEL

pr1870
Date Icon 29/10/2009
Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ uSport Dolores Cristina dal-għodu żaret il-Forti Manoel fejn bħalissa qed isir xogħol kbir ta’ restawr mill-konsorzju MIDI u li fi tmiem din il-ġimgħa se jkun miftuħ għall-viżitaturi.
Il-Prof. Alex Torpiano, kap tat-tim tal-peritiinkarigati mill-proġett, spjega lill-Ministru t-tip ta’ interventi li saru u għadhom qed isiru biex il-parti tal-fortizza fejn kien hemm il-“parade grounds” u l-bini tal-madwar, inkluż kappella antika, ingħataw il-ħajja mill-ġdid wara li kienu sofrew ħsarat kbar kemm minn vandali kif ukoll mill-elementi.
Is-Sur Albert Mizzi, Chairman tal-MIDI u s-SurMaurice Mizzi wieħed mid-diretturi, spjegaw lill-Ministru Cristina l-pjani għall-iżvilupp tal-Forti u l-użu li se jsir mid-diversi partijiet li għaddew f’idejn il-MIDI, ir-restawr ta’ dak li kien magħruf bħala Lazzarett, u postijiet oħra li għandhom valur storiku u arkitettoniku.
Il-Ministru Cristina uriet l-apprezzament tagħhagħax-xogħol kbir ta’ restawr li qed isir b’għaqal kbir biex din il-ġawhra storika ta’ pajjiżna tkun tista’ titgawda mill-Maltin u mill-barranin.  Saħqet li r-restawr hu xogħol delikat ħafna u hawn ħafna xogħol xi jsir għaliex għal ħafna snin diversi postijiet ta’ importanza storika tħallew mitluqa.  Hi wriet l-apprezzament tagħha għax-xogħol ferm siewi u bis-sengħa li qed isir f’dan is-settur.
Il-Ministru Cristina stqarret li ħadet pjaċirtara numru ta’ tfal tal-iskejjel iżuru l-Forti u appellat biex aktar studenti u membri tal-pubbliku japprofittaw ruħhom u fi tmiem din il-ġimgħa jżuru l-post u jaraw ix-xogħol sabiħ li qed isir
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow