Left arrow Mur Lura

JUM IT-TIFKIRA - IL-ĦADD, 8 TA' NOVEMBRU, 2009

pr1868
Date Icon 29/10/2009
Jum it-Tifkira, li huwa ċċelebrat fil-pajjizikollha tal-Commonwealth, b'ġieħ il-vittmi kollha taż-żewġ Gwerer Dinjija, se jkun mfakkar f'Malta mill-Kumitat Festi Nazzjonali  nhar il-Ħadd, 8 ta' Novembru, 2009.
F'din l-okkażjoni, il-Kumitat Festi Nazzjonalibil-parteċipazzjoni tal-Kapitlu Metropolitan se jfakkar il-Vittmi tal-Gwerer, b’Quddiesa Konċelebrata  fil-Konkatidral ta' San Ġwann, Valletta fid-9.15 ta' filgħodu.
Qabel il-Quddiesa, il-President ta' Maltajispezzjona l-Gwardja tal-Unur mill-Forzi Armati ta' Malta.   Tieħu sehem ukoll il-Banda tal-Forzi Armati.
Wara, fil-10.40 ta’ filgħodu, issir ċerimonjata' Tifkira  ħdejn il-Monument tal- Gwerra, il-Floriana.  Matul din iċ-Ċerimonja jitqiegħdu kuruni mal-Monument tal-Gwerra mill-għola awtoritajiet nazzjonali u persuni distinti flimkien ma’ għaqdiet oħra li se jattendu wkoll għall-Quddiesa.
Il-Forzi Armati ta' Malta u Kontinġent mill-Korptal-Pulizija se jifformaw flimkien Gwardja tal-Unur għal matul iċ-Ċerimonja tat-Tqegħid ta' Kuruni. Jieħu sehem ukoll kontingent ta' ex-Servicemen mir-Royal British Legion.

Korpi Kostitwiti u Għaqdiet oħra li jixtiequ jipparteċipaw fiċ-Ċerimonja ħdejn il-Monument tal-Gwerra billi jqiegħdu kuruni, għandhom javżaw lill-Kumitat Festi Nazzjonali permezz ta’ e.mail fuq l-indirizz elettroniku  anton.miceli@maltaculture.com sa mhux aktar tard minn nhar il-Ħamis  5 ta’ Novembru, 2009. 

L-appell tradizzjonali ta' Jum it-Tifkira  mill-Poppy Day Appeal Fund, bħala għajnuna lil dawk il-Maltin li kienu fis-Servizzi u lid-dipendenti tagħhom issir fl-istess perjodu ta’ żmien. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow