JUM IT-TIFKIRA - IL-ĦADD, 8 TA' NOVEMBRU, 2009
pr1868
29/10/2009
| Jum it-Tifkira, li huwa ċċelebrat fil-pajjizi | kollha tal-Commonwealth, b'ġieħ il-vittmi kollha taż-żewġ Gwerer Dinjija, se jkun mfakkar f'Malta mill-Kumitat Festi Nazzjonali nhar il-Ħadd, 8 ta' Novembru, 2009. |
| F'din l-okkażjoni, il-Kumitat Festi Nazzjonali | bil-parteċipazzjoni tal-Kapitlu Metropolitan se jfakkar il-Vittmi tal-Gwerer, b’Quddiesa Konċelebrata fil-Konkatidral ta' San Ġwann, Valletta fid-9.15 ta' filgħodu. |
| Qabel il-Quddiesa, il-President ta' Malta | jispezzjona l-Gwardja tal-Unur mill-Forzi Armati ta' Malta. Tieħu sehem ukoll il-Banda tal-Forzi Armati. |
| Wara, fil-10.40 ta’ filgħodu, issir ċerimonja | ta' Tifkira ħdejn il-Monument tal- Gwerra, il-Floriana. Matul din iċ-Ċerimonja jitqiegħdu kuruni mal-Monument tal-Gwerra mill-għola awtoritajiet nazzjonali u persuni distinti flimkien ma’ għaqdiet oħra li se jattendu wkoll għall-Quddiesa. |
| Il-Forzi Armati ta' Malta u Kontinġent mill-Korp | tal-Pulizija se jifformaw flimkien Gwardja tal-Unur għal matul iċ-Ċerimonja tat-Tqegħid ta' Kuruni. Jieħu sehem ukoll kontingent ta' ex-Servicemen mir-Royal British Legion. |
Korpi Kostitwiti u Għaqdiet oħra li jixtiequ jipparteċipaw fiċ-Ċerimonja ħdejn il-Monument tal-Gwerra billi jqiegħdu kuruni, għandhom javżaw lill-Kumitat Festi Nazzjonali permezz ta’ e.mail fuq l-indirizz elettroniku anton.miceli@maltaculture.com sa mhux aktar tard minn nhar il-Ħamis 5 ta’ Novembru, 2009.
L-appell tradizzjonali ta' Jum it-Tifkira mill-Poppy Day Appeal Fund, bħala għajnuna lil dawk il-Maltin li kienu fis-Servizzi u lid-dipendenti tagħhom issir fl-istess perjodu ta’ żmien.
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en