Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, FL-OKKAŻJONI TAL-FTUĦ TAL-WIRJA ORGANIZZATA MILL-CARITAS - IL-BERĠA TA’ KASTILJA - 28 TA’ OTTUBRU 2009

pr1865
Date Icon 29/10/2009
Din l-attività tal-lejlatlaqqa’ flimkien dak li jagħmilna Maltin, bl-aspirazzjonijiet, l-arti, il-kultura, il-patrimonju u s-sens ta’ solidarjetà li hu parti mill-karattru tagħna l-Maltin.
Il-wirja li qed tiġiinawgurata llum tirrifletti l-ħsieb tal-artist, li jispira ruħu mill-ambjent ta’ madwaru, mill-pajsaġġ u mill-baħar.  L-artisti, bit-talenti tagħhom imħaddma sew, juruna u jwasslulna l-aspirazzjonijiet tagħhom.  Juruna Malta llum, iżda joħolqu xenarji ta’ kif jaraw ukoll lil Malta fis-snin li ġejjin.
Il-politiku wkoll jispiraruħu minn dak li janalizza, minn dak li jara, minn dak li jisma’, minn dak li jħoss u jfassal viżjoni.  Viżjoni għall-ġejjieni aħjar.  Il-politiku jwettaq fil-prattika l-aspirazzjonijiet f’politika ggwidata mill-ġid komuni.
Il-Caritas ukoll għandha l-aspirazzjonijiettagħha – dik li tgħin individwi u familji li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet.  Il-Caritas tagħmel xogħol indispensabbli biex tara persuni li jkollhom bżonn l-għajnuna, ikollhom ġejjieni aħjar mill-preżent diffiċli.  Fil-ħidma tagħha, ispirat mis-sens ta’ solidarjetà u l-ġid komuni ssib l-appoġġ tagħna bħala poplu u l-appoġġ tal-Gvern anki permezz tal-fondi li jagħti kull sena biex ikopru parti mill-ispejjeż tal-programmi li tagħmel il-Caritas.

Sinjuri, 

Għadd ta’ kwadri f’din il-wirja huma dwar il-BeltValletta.  Il-mod kif naraw il-Belt Valletta tiżviluppa hi wkoll parti mill-aspirazzjoni tal-artisti u tal-poplu tagħna li jrid jara Belt ħajja.
Għall-Belt Valletta ħabbarna l-viżjoni tagħnafil-bidu ta’ din il-leġislatura u qed inwettquha.  Qed inwettquha mhux biss fil-proġetti kbar li qed iqajmu l-Belt fuq livell ekonomiku u soċjali iżda anki permezz ta’ diversi attivitajiet kulturali li saru parti essenzjali mill-kalendarju tal-Maltin.
Il-Belt Valletta li nistgħu ngħidu hijal-evoluzzjoni u l-fulkru tal-Istat Malti indipendenti u Ewropew, tirrifletti l-istorja amministrattiva fil-bini pubbliku; it-tkabbir ta’ identità spiritwali u reliġjuża fil-knejjes u l-katidral; u tirrifletti l-kultura u l-wirt storiku fil-pjazez, it-toroq u l-bini fil-Belt.  Il-Belt tirrifletti l-identità tagħna bħala poplu ħaj.
John Borg Manduca f’din il-wirja u permezztal-arti tiegħu qed ixerred aktar l-identità tagħna.  Qiegħed ukoll jiżviluppa l-identità tagħna għaliex, dak li jagħmilna Maltin mhux xi aspett statiku imma jevolvi u jiżviluppa tul is-snin, inkluż bil-kontribut li jagħtu l-artisti.
Illum nistgħu naraw bosta xogħlijiet uinizjattivi li qed iqajmu lill-Belt Valletta li għadha ġġorr ġerħiet kbar mit-Tieni Gwerra Dinjija.  Qed naraw Belt li qed tiżviluppa f’fortizza ta’ attivitajiet u ideat biex tilqa’ lin-nies ġo fiha.  Qed tiżviluppa f’Belt kulturali, rikreattiva, u kummerċjali u amministrattiva.
Il-Belt qed tiġi riġenerata bħala l-Belt fejnil-Maltin u t-turisti jitħalltu u jgħixu fil-kultura, l-arti u l-istorja.
Illum l-attivitajiet ma jsirux biss biex niġbduaktar turisti lejn il-Belt, iżda l-Maltin qed jipparteċipaw b’mod attiv fil-ħajja urbana permezz ta’ attivitajiet bħan-Notte Bianca, Valletta Streets Alive u l-attivitajiet organizzati kull sajf mill-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kultura.
Filwaqt li b’sodisfazzjon naraw l-iżviluppipożittivi li jkunu qed isiru f’pajjiżna u li jkunu qed iwettqu l-aspirazzjonijiet tagħna, ħarsitna trid tibqa’ mixħuta wkoll fuq min għandu bżonn jiġi mwieżen.  Hu dan is-sens ta’ solidarjetà li tagħti ruħ lill-politika.  Mingħajr il-valuri tas-solidarjetà, tal-għożża, tal-għaqda u t-twettieq tal-ġid komuni, il-politiku jsir amministratur.  Il-politika soċjali hi u għandha tkun il-bażi tal-ħidma politika tagħna.
Hu għalhekk bi pjaċir li għal sena oħra erġajtilqajt it-talba tal-Caritas li ssir din il-wirja fil-Berġa ta’ Kastilja biex il-fondi li jinġabru jmorru għall-Caritas.  F’okkażjoni bħal din irrid nuri s-sens ta’ apprezzament għal dak li twettqu.  Irrid ukoll li permezz ta’ dan l-avveniment annwali, inwassal messaġġ ta’ gratitudni lejn dawk kollha li joffru mill-ħin tagħhom biex jiddedikawh f’għaqdiet soċjali u anki kulturali.  Il-volontarjat hu espressjoni oħra tas-solidarjetà u għalhekk irridu li ninkoraġġuh aktar.

Grazzi lil kulħadd u niddikjara l-wirja miftuħa. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow