Left arrow Mur Lura

PERFORMANCE AUDIT: SISTEMI U PRATTICI TA’ XIRI FL-AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA

pr1864
Date Icon 28/10/2009
Numru ta’ xogħlijiet ta’ verifika mwettqa mill-UffiċċjuNazzjonali tal-Verifika  matul is-snin li għaddew urew li, f’ċerti każijiet, is-sistemi u prattiċi ta’ xiri mhux biss ma kinux suffiċjenti iżda kellhom nuqqasijiet gravi.  Dan kollu wassal lill-Awditur Ġenerali jistudja sew is-sistemi u l-prattiċi li jintużaw fl-amministrazzjoni pubblika u bħala każijiet ta’ studju eżamina tnax-il Dipartiment tal-Gvern u korpi regolatorji.
L-Awditur Ġenerali rrapportalill-Parlament dwar modi li permezz tagħhom ix-xiri pubbliku jista’ jkun mezz li jwassal għal titjib effettiv u b’hekk jintleħqu effiċjenzi ġodda fl-amministrazzjoni pubblika.  Ir-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) jidentifika numru ta’ eżempji u prattiċi tajbin li organizzazzjonijiet fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika jistgħu jaddottaw biex jikkonsolidaw u jsaħħu l-ħiliet tagħhom f’dan il-qasam. Waqt li diġà jeżistu inizjattivi biex itejbu sistemi u proċessi għax-xiri pubbliku, l-NAO innota li għad hemm limitazzjonijiet f’dik li hi adozzjoni ta’ prattiċi aħjar u hemm fejn jista’ jsir aktar xogħol biex jissaħħu l-ħiliet meħtieġa.  Il-bażi tal-infiq f’dak li hu xiri pubbliku hija sinifikanti ħafna u kull titjib għalhekk ikollu effett sostanzjali fuq fondi pubbliċi, u b’hekk iħalli riżorsi għal prijoritajiet oħra.

Dan l-istudju ffoka l-aktar fuq:

·        L-organizzazzjoni, riżorsi u l-importanza strateġika mogħtija lix-xiri pubbliku.

·        L-iżvilupp ta’ policies u procedures dwar ix-xiri pubbliku.

·        L-ippjanar ta’ ħtiġiet għal xiri.

·        L-użu ta’informazzjoni dwar is-swieq, il-fornituri, u l-monitoraġġ fejn jidħol ix-xiri.

·        Inizjattivi biex itejbu s-sistemi u l-proċessi ta’ xiri.

·        L-immaniġġjar ta’ riskji f’dak li hu xiri.

·        Opportunitajiet biex l-organizzazzjonijiet fl-amministrazzjoni pubblika jingħaqdu biex jixtru flimkien.

L-aħjar sistemi u prattiċi ta’ xiri mhux dejjem ikunu daqstant faċli li jiġu implimentati u b’hekk jistgħu jieħdu ż-żmien biex jiġu stabbiliti.  Ir-rapport jinkludi numru ta’ rakkomandazzjonijiet kif organizzazzjonijiet fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika jistgħu, skont iċ-ċirkonstanzi individwali tagħhom, kontinwament itejbu u jsaħħu l-attività tax-xiri tagħhom.

Il-pubbliku jista’ jara kopja ta’ dan ir-rapport fuq is-sit tal-NAO http://www.nao.gov.mt mid-29 ta’ Ottubru, 2009 fis-sezzjoni tal-‘Publications’.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow