Left arrow Mur Lura

JITQASSMU D-DONAZZJONIJIET TAL-ISTRINA 2008

pr1863
Date Icon 28/10/2009
‘L-għan għandu jkun wieħed: Dak li nagħmlul-poplu tagħna iktar konxju sabiex lil ħaddieħor nagħmlulu ħajtu iktar komda milli hi. Grazzi għal din il-kariga qed nifhem iktar u nara mill-viċin il-bżonnijiet ta’ kull individwu f’din is-soċjeta’ tagħna’
Hekk esprima L-President George Abela waqt likien qed jirringrazzja liċ-Chairman tal-PBS Dr Clare Thake Vassallo waqt il-preżentazzjoni tal-ammont li nġabar waqt il-programm L-Istrina tal-2008 lill-Malta Community Chest Fund.
L-Istrina 2008 qassmet lil 16-il għaqdafilantropika s-somma miġbura  ta’ 1,062,075 ewro.
Il-President Abela rringrazzja lil Dr ClareThake Vassallo li, grazzi għall-ħidma tagħha, waslet fi ftehim sabiex il-Malta Community Chest Fund minn din is-sena tkun il-moħħ sabiex tittella’ l-Istrina. ‘Dan mhux għeluq ta’ kapitlu imma ftuħ ta’ kif PBS, l-istazzjon Nazzjonal,i se jibqa’ jagħti sapport lill-Istrina permezz ta’ għajnuniet diversi.’
‘L-Istrina, l-Għada tal-Milied se tkomplibil-ħidma ta’ ġbir ta’ fondi fejn se jkollna stampa ċara kemm il-poplu Malti għandu għall-qalbu l-valuri bażiċi tas-solidarjeta’, hekk kompla jgħid il-President George Abela.
Wara sejħa fis-sajf lejn dawk l-għaqdiet lijixtiequ jibbenifikaw mill-Istrina ta’din is-sena, il-Malta Community Chest Fund irceviet 48 applikazzjoni, fejn sottokumitat analizza kull applikazzjoni u ntgħażlu 18-il għaqda li se jibbenifikaw minn dak li jinġabar.
Il-Malta Community Chest Fund tagħti wkollgħajnuna fuq bażi individwali, liema talbiet ilaħħqu madwar 2,500 u 3,000 fis-sena. F’sena dawn it-talbiet ammontaw għal 1.2 miljun.
Il-President George Abela rringrazzja lil dawkkollha preżenti fejn b’ħidma kontinwa matul is-sena jagħtu ħafna għajnuna lil min hu fil-bżonn.

Għaqdiet li bbenefikaw mill-Istrina 2008:

EjjewGħandi
CasaLeone XXIII Home for the Elderly
Daril-Kaptan
DarSagra Familja
DonBosco House

Fondazzjoni Suret il-Bniedem

HolyFamily Home for the Elderly
LANDGroup
MaltaCommunity Chest Fund
OASICentre
Parr.Jesus Cricificado, S. M. ChaparronGuatemala

Richmond Foundation

Salesians of Don Bosco / SOS Malta

SOS Malta

Special Olympics Malta

The Malta Hospice Movement

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow