JITQASSMU D-DONAZZJONIJIET TAL-ISTRINA 2008
pr1863
28/10/2009
| ‘L-għan għandu jkun wieħed: Dak li nagħmlu | l-poplu tagħna iktar konxju sabiex lil ħaddieħor nagħmlulu ħajtu iktar komda milli hi. Grazzi għal din il-kariga qed nifhem iktar u nara mill-viċin il-bżonnijiet ta’ kull individwu f’din is-soċjeta’ tagħna’ |
| Hekk esprima L-President George Abela waqt li | kien qed jirringrazzja liċ-Chairman tal-PBS Dr Clare Thake Vassallo waqt il-preżentazzjoni tal-ammont li nġabar waqt il-programm L-Istrina tal-2008 lill-Malta Community Chest Fund. |
| L-Istrina 2008 qassmet lil 16-il għaqda | filantropika s-somma miġbura ta’ 1,062,075 ewro. |
| Il-President Abela rringrazzja lil Dr Clare | Thake Vassallo li, grazzi għall-ħidma tagħha, waslet fi ftehim sabiex il-Malta Community Chest Fund minn din is-sena tkun il-moħħ sabiex tittella’ l-Istrina. ‘Dan mhux għeluq ta’ kapitlu imma ftuħ ta’ kif PBS, l-istazzjon Nazzjonal,i se jibqa’ jagħti sapport lill-Istrina permezz ta’ għajnuniet diversi.’ |
| ‘L-Istrina, l-Għada tal-Milied se tkompli | bil-ħidma ta’ ġbir ta’ fondi fejn se jkollna stampa ċara kemm il-poplu Malti għandu għall-qalbu l-valuri bażiċi tas-solidarjeta’, hekk kompla jgħid il-President George Abela. |
| Wara sejħa fis-sajf lejn dawk l-għaqdiet li | jixtiequ jibbenifikaw mill-Istrina ta’din is-sena, il-Malta Community Chest Fund irceviet 48 applikazzjoni, fejn sottokumitat analizza kull applikazzjoni u ntgħażlu 18-il għaqda li se jibbenifikaw minn dak li jinġabar. |
| Il-Malta Community Chest Fund tagħti wkoll | għajnuna fuq bażi individwali, liema talbiet ilaħħqu madwar 2,500 u 3,000 fis-sena. F’sena dawn it-talbiet ammontaw għal 1.2 miljun. |
| Il-President George Abela rringrazzja lil dawk | kollha preżenti fejn b’ħidma kontinwa matul is-sena jagħtu ħafna għajnuna lil min hu fil-bżonn. |
Għaqdiet li bbenefikaw mill-Istrina 2008:
| Ejjew | Għandi |
| Casa | Leone XXIII Home for the Elderly |
| Dar | il-Kaptan |
| Dar | Sagra Familja |
| Don | Bosco House |
Fondazzjoni Suret il-Bniedem
| Holy | Family Home for the Elderly |
| LAND | Group |
| Malta | Community Chest Fund |
| OASI | Centre |
| Parr.Jesus Cricificado, S. M. Chaparron | Guatemala |
Richmond Foundation
Salesians of Don Bosco / SOS Malta
SOS Malta
Special Olympics Malta
The Malta Hospice Movement
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en