Left arrow Mur Lura

JUM GĦAWDEX IĊĊELEBRAT GĦAT-TIELET SENA

pr1861
Date Icon 28/10/2009
Għat-tielet sena konsekuttiva, il-bieraħ ġieċċelebrat Jum Għawdex, b’attività kommemorattiva fi Pjazza Indipendenza fir-Rabat Għawdex.
Iċ-ċerimonja ta’ Jum Għawdex tfakkar il-passaġġglorjuż fl-istorja, meta l-Arċipriet Saver Cassar fl-1798, mexxa l-qawmien tal-Għawdxin kontra l-qawwiet Franċiżi li kienu qegħdin ikasbru d-drittijiet u t-tradizzjonijiet tal-Għawdxin.
Għal din l-attività li qed tiġi organizzatamill-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, b’kollaborazzjoni maċ-Circolo Gozitano, attendew għadd ta’ tfal mill-iskejjel madwar Għawdex, li fost l-oħrajn kantaw l-Innu lil Għawdex u l-Innu tal-Kulleġġ ta’ Għawdex taħt id-direzzjoni ta’ Mariella Spiteri. Kien hemm ukoll il-qari taż-żewġ essays rebbieħa tal-konkors imniedi bejn l-istudenti tal-iskejjel primarji u sekondarji tal-Kulleġġ ta’ Għawdex għal din l-okkażjoni.
Iċ-ċerimonja kienet tinkludi wkollpreżentazzjoni ta’ kopja oriġinali tal-kliem u l-mużika tal-Innu lil Għawdex mill-kompożitur tal-mużika tiegħu, Mro Joe Vella fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mill-ewwel darba li ndaqq. Indaqqet ukoll medley ta’ għanjiet folkloristiċi Maltin fosthom ‘Mari ta’ Wied il-Għajn’, ‘Katrin tal-Bizzilla’, ‘Wied il-Lunzjata’ u ‘l-Festa Tagħna’.
Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. GiovannaDebono, li ppresediet din iċ-ċerimonja, ippreżentat kopja tal-kliem u mużika u CD tal-istess innu, lis-Sindki u Kapijiet tal-iskejjel Għawdxin. Il-Ministru Debono saħqet li dan il-jum għandu jservi biex ilkoll kemm aħna nħarsu ‘l quddiem u nimitaw dak li għamlu ta’ qabilna għall-ġid tal-gżira ta’ Għawdex. Żiedet tgħid li għandna niżguraw li fost l-oħrajn inħarsu t-tradizzjonijiet u l-ambjent kulturali u naturali li jagħmilna dak li aħna.
Iċ-ċerimonja ntemmet bit-tqegħid tal-kurunimal-monument tal-Arċipriet Saver Cassar, mill-Ministru għal Għawdex, miċ-Chairman tal-Kumitat Festi Nazzjonali u Reġjonali, il-Prinċipal tal-Kulleġġ ta’ Għawdex u l-President taċ-Circolo Gozitano.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow