JUM GĦAWDEX IĊĊELEBRAT GĦAT-TIELET SENA
pr1861
28/10/2009
| Għat-tielet sena konsekuttiva, il-bieraħ ġie | ċċelebrat Jum Għawdex, b’attività kommemorattiva fi Pjazza Indipendenza fir-Rabat Għawdex. |
| Iċ-ċerimonja ta’ Jum Għawdex tfakkar il-passaġġ | glorjuż fl-istorja, meta l-Arċipriet Saver Cassar fl-1798, mexxa l-qawmien tal-Għawdxin kontra l-qawwiet Franċiżi li kienu qegħdin ikasbru d-drittijiet u t-tradizzjonijiet tal-Għawdxin. |
| Għal din l-attività li qed tiġi organizzata | mill-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, b’kollaborazzjoni maċ-Circolo Gozitano, attendew għadd ta’ tfal mill-iskejjel madwar Għawdex, li fost l-oħrajn kantaw l-Innu lil Għawdex u l-Innu tal-Kulleġġ ta’ Għawdex taħt id-direzzjoni ta’ Mariella Spiteri. Kien hemm ukoll il-qari taż-żewġ essays rebbieħa tal-konkors imniedi bejn l-istudenti tal-iskejjel primarji u sekondarji tal-Kulleġġ ta’ Għawdex għal din l-okkażjoni. |
| Iċ-ċerimonja kienet tinkludi wkoll | preżentazzjoni ta’ kopja oriġinali tal-kliem u l-mużika tal-Innu lil Għawdex mill-kompożitur tal-mużika tiegħu, Mro Joe Vella fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mill-ewwel darba li ndaqq. Indaqqet ukoll medley ta’ għanjiet folkloristiċi Maltin fosthom ‘Mari ta’ Wied il-Għajn’, ‘Katrin tal-Bizzilla’, ‘Wied il-Lunzjata’ u ‘l-Festa Tagħna’. |
| Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna | Debono, li ppresediet din iċ-ċerimonja, ippreżentat kopja tal-kliem u mużika u CD tal-istess innu, lis-Sindki u Kapijiet tal-iskejjel Għawdxin. Il-Ministru Debono saħqet li dan il-jum għandu jservi biex ilkoll kemm aħna nħarsu ‘l quddiem u nimitaw dak li għamlu ta’ qabilna għall-ġid tal-gżira ta’ Għawdex. Żiedet tgħid li għandna niżguraw li fost l-oħrajn inħarsu t-tradizzjonijiet u l-ambjent kulturali u naturali li jagħmilna dak li aħna. |
| Iċ-ċerimonja ntemmet bit-tqegħid tal-kuruni | mal-monument tal-Arċipriet Saver Cassar, mill-Ministru għal Għawdex, miċ-Chairman tal-Kumitat Festi Nazzjonali u Reġjonali, il-Prinċipal tal-Kulleġġ ta’ Għawdex u l-President taċ-Circolo Gozitano. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en